MALTA U L-ESTONJA F’TAĦDIDIET BILATERALI DWAR L-IMMIGRAZZJONI U L-AŻIL
Il-Ministru tal-Intern tar-Repubblika tal-Estonja, Marko Pomerants, illum wara nofsinhar temm żjara ta’ jumejn f’Malta li matulha kellu numru ta’ laqgħat mal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Carmelo Mifsud Bonnici.
Matul dawn il-jumejn il-Ministru Pomerants żar l-uffiċini tal-Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil fil-Marsa, il-Kwartieri Ġenerali tal-Korp tal-Pulizija, il-Kwartieri Ġenerali tal-Forzi Armati ta’ Malta, kif ukoll Ċentru Miftuħ f’Ħal Balzan li jilqa’ fih familji immigranti.
It-taħdidiet bejn iż-żewġ naħat iffukaw fuq diversi aspetti tal-immigrazzjoni fl-Ewropa fosthom ir-rwol tal-aġenzija FRONTEX, il-proġett ta’ intra-allokazzjoni ta’ immigranti minn Malta fl-Unjoni Ewropea (EUREMA) kif ukoll is-sistema tal-ażil komuni għall-istati kollha tal-Unjoni.
Il-Ministri qablu li ż-żewġ pajjiżi jkomplu jikkollaboraw f’dan il-qasam, partikolarment fil-fora Ewropej.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003