DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ, FL-OKKAŻŻJONI TAL-INAWGURAZZJONI TAL-EUROPEAN HEALTH INTERVIEW SURVEY 2008 – LIFESTYLE
Il-Gvern jemmen li l-aħjar investiment li jista’ jagħmel fis-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi huwa billi jgħin sabiex kull persuna tagħmel għażliet għaqlin li jwasslu għal stil ta’ ħajja b’saħħitha. Huwa dan il-mod biss li jista’ jwassal għal aktar sostenibilità fis-servizzi tas-saħħa offruti mill-Gvern, speċjalment minħabba l-fatt li l-Maltin u l-Għawdxin qed jgħixu aktar u jixraqilhom kwalita` ta’ ħajja dejjem aħjar.
Is-sena l-oħra varajna in-“Non-communicable disease strategy” (nispera li din is-sena il-media tixtarr dan id-dokument u tifhem aħjar l-għażliet li qed noffru lill-poplu tagħna marbutin mal-istil ta’ ħajja li qed ngħixu). Varajna wkoll in-“National Sexual Health Policy”. Din is-sena, 2011, se nikkonkludu u nvaraw in-“National Cancer Strategy” u n-“National Obesity Strategy”.
F’din il-politika kollha, f’dawn l-istrateġiji li semmejt, ma nikkonċentrawx biss fuq is-servizzi li noffru u li nistgħu nibdew noffru. Nagħtu attenzjoni u mportanza akbar lejn l-edukazzjoni u l-promozzjoni ta’ ħajja ferm aktar b’saħħitha. Dan nagħmluh permezz ta’ fatti li nisiltu minn evidenza xjentifika li toħroġ minn riċerka lokali u dik internazzjonali.
Il-European Health Interview Survey 2008 żviluppat fi ħdan l-Unjoni Ewropeja bil-parteċipazzjoni attiva ta’ Malta fil-core group li twaqqaf mill-EUROSTAT li żviluppa din ir-riċerka. Ir-riżultat hu li għandna survey li mhux biss huwa minjiera ta’ informazzjoni fuq diversi aspetti tal-ħajja lokali, imma jagħtina l-possibilta` li nqabblu s-sitwazzjoni f’Malta mal-bqija tal-Ewropa (like-with-like).
Il-Eurostat issa lleġiżla l-obbligu li l-istati membri kollha jagħmlu dan l-istħarriġ regolarment, kull ħames snin. Dan ifisser li din ir-riċerka se tibda tkun waħda regolari u fissa fis-settur tar-riċerka tas-saħħa. Dan se jkun il-metodu li bih, il-Gvern Malti, u l-Gvernijiet Ewropej kollha, jibdew ifasslu l-politika tas-saħħa tal-poplu għall-futur.
Dan il-Lifestyle Report huwa l-ħames u l-aħħar rapport li joħroġ minn dan is-survey.
Bla dubju li l-ikbar sfida li qed jipprovdielna huwa l-fatt li joħroġ ċar li l-popolazzjoni Maltija (miż-żgħar sal-kbar) għandha rata għolja ta’ obeżità. 56% għandhom piż żejjed jew huma obeżi. L-irġiel Maltin huma l-iktar ħoxnin tal-Ewropa, fil-waqt li n-nisa huma t-tielet l-aktar ħoxnin.
L-attività fiżika mhix popolari mal-poplu tagħna, għalkemm sar ftit progress bejn l-2002 u l-2008.
l-alkoħol għadu popolari mal-irġiel u qed jiżdied fil-popolarità man-nisa. Il-Binge drinking sfortunatament ukoll kompla jiżdied. Jidher ukoll li hemm nuqqas serju ta’ “awareness” fir-riskji tal-ħajja sesswali.
Fuq nota pożittiva naqas it-tipjip ta’ kuljum bejn 2002 to 2008, iżda għad hemm rapporti ta’ passive smoking f’postijiet pubbliċi.
Malta diġa` pparteċipat f’dan is-survey darbtejn (fl-2002 u 2008). Iżda bħalma għidt dan l-isħarriġ se jibda jkun permanenti fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità. Diġà fil-fatt beda x-xogħol fuq il-European Health Interview Survey in 2013/4.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003