Left arrow Go Back

TITĦAWWEL IL-100,000 SIĠRA MINN KEMM ILHA LI TWAQQFET IL-KAMPANJA 34U

pr0059
Date Icon 13/01/2011

Fil-Park Nazzjonali tas-Salini llum tħawlet il-100,000 siġra minn kemm ilha li bdiet il-kampanja 34U. Din is-siġra taż-żebbuġ tħawlet mill-Famlija Abela fl-okkażjoni tat-twelid tat-tarbija tagħhom Jake.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino. Il-Ministru Pullicino rringrazzja lil kull min tul dawn l-aħħar 6 snin, minn meta bdiet il-kampanja 34U fl-2004, ħawwel siġra biex tibqa’ tifkira ħajja ta’ xi avveniment partikolari. Il-Ministru Pullicino qal li din il-kampanja 34U hija ‘kampanja tan-nies’ għal fatt li n-nies għamlu din il-kampanja tagħhom u qegħdin iħawlu s-siġar taħt waħda mis-sitt skemi li l-kampanja 34U toffri.

Is-siġar kollha li tħawlu madwar il-pajjiż huma kollha siġar indiġeni Maltin. Madwar 60,000 siġra tħawlu minn kumpaniji privati, kunsilli lokali u entitajiet oħra filwaqt li ’l fuq minn 40,000 siġra tħawlu minn familji biex tibqa’ tiftkira ħajja ta’ avveniment partikolari bħal; twelid ta’ tarbija taħt il-kampanja 34babies, fl-okkażjoni tal-gradwazzjoni taħt il-kampanja 34graduate jew saħħansitra biex ikun imfakkar il-jum tat-tieġ jew anniversarju  taħt l-kampanja 34love.

L-aktar 6 postijiet li fihom tħawlu siġar minn din il-kampanja huma f’Ta’ Qali b’ammont li jaqbeż l-20,000 siġra, is-Salina fejn tħawlu aktar minn 12,000, Xrobb l-Għagin 14,663, il-Magħtab 13,000 siġra, fil-Mellieha tħawlu ‘l fuq minn 11,000, filwaqt li f’Marsascala tħawlu qrib l-10,000 siġra.

Waqt l-attività ta’ dalgħodu l-kumpanija ELC ippreżentat donazzjoni lill-Ministru Pullicino sabiex jitħawlu 5,000 siġra permezz tal-kampanja 34U. Intant il-Ministru Pullicino filwaqt li rringrazzja lil ELC, fakkar kif f’dawn l-aħħar snin kemm ilha mwaqqfa wkoll din il-kampanja, il-Gvern ħadem biex iżid il-Parks f’pajjiżna. Saru erba’ estenzjonijiet tal-park nazzjonali ta’ Ta’ Qali, il-park nazzjonali tas-Salina, park fi Xrobb l-Ġhagin, filwaqt li fakkar li se jsir petting farm f’Ta’ Qali u r-riabilitazzjoni tal-miżbliet il-magħluqa f’Parks fosthom f’Wied il-Għajn, il-Magħtab u l-Qortin, Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow