Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT FIX-XOGĦOL

pr0054
Date Icon 13/01/2011

“L-investiment privat fis-suq tal-manutenzjoni tad-dgħajjes jixhed fiduċja fl-ekonomija, u entużjażmu lejn it-tkabbir tal-operat.  Dan jawgura tajjeb għall-qasam tal-intrapriżi żgħar u l-ħolqien tax-xogħol f’pajjiżna.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari  għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi dalgħodu meta żar l-investiment li wettqet fl-aħħar xhur il-kumpanija A&J Baldacchino Boatyard f’tagħmir speċjalizzat, għall-boatyard tagħhom f’Birżebbuġa.

Jason Azzopardi qal li dan l-investiment sar matul is-sena li għaddiet – sena li ma kienet waħda faċli għal ħadd.  Madanakollu din il-kumpanija għarfet taqra s-sinjali tas-suq, u investiet fl-operat tagħha biex tkompli tkabbar is-suq, u żżid ix-xogħol u l-impjiegi.  L-entużjażmu u l-esperjenza li għandha din il-kumpanija, imżewwġa ma’ dan l-investiment iwassal għal iżjed xogħol.

Din il-kumpanija għamlet investiment ta’ €230,000 is-sena li għaddiet, f’tagħmir sofistikat li jippermetti lill-operatur iġorr u jistiva yachts kbar, b’kumdità, effiċjenza, u preċiżjoni.  Dan l-apparat li l-kumpanija ilha topera bih minn April tas-sena li għaddiet, ġie ordnat mill-Italja, u ġie iddiżinjat u mfassal made-to-measure, skond l-eżiġenzi tal-operatur Malti.

Din il-kumpanija tispeċjalizza fix-xogħol ta’ manutenzjoni ta’ dgħajjes.  Ilha stabbilita mill-1991 u tħaddem 4 ħaddiema.  Illum 90% tal-klijentela ta’ din il-kumpanija hija waħda barranija.  Frott il-potenzjali ta’ dan is-suq, il-kumpanija qed taħseb li tkabbar fid-daqs, bir-riżultat li iżżid l-impjegati tagħha anke fl-immedjat.  Hija għamlet ukoll applikazzjoni għal iżjed art li tinsab biswit il-faċilità eżistenti mad-Dipartiment tal-Artijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow