Left arrow Mur Lura

ACTIVE TEAM BUILDING ORGANIZZAT MILL-AWTORITÀ GĦAS-SAĦĦA U S-SIGURTÀ FUQ IL-POST TAX-XOGĦOL

pr0053
Date Icon 13/01/2011

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard u Starlites Basketball Club, organizzat attività ta’ Team Building fejn l-enfasi kienet fuq l-eżerċizzju fiżiku. Permezz ta’ din l-attività, l-Awtorità ppruvat tilħaq żewġ għanijiet:

o li jissaħħu r-relazzjonijiet ta’ fuq ix-xogħol bejn l-impjegati, kif ukoll ta’ bejn in-nies tal-Awtorità u oħrajn li jaħdmu fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ u f`organizzazzjonijiet li taħdem magħhom l-Awtorità; u

o li tippromwovi l-importanza tal-ħtieġa li nħarsu b’mod olistiku lejn is-saħħa tal-ħaddiema.

Għall-OHSA u għal ħafna kumpaniji oħra, inizjattivi bl-iskop ta’ team building m’humiex ġodda - li hemm innovattiv, iżda, huwa l-mod kif iddaħħal il-kunċett ta’ Workplace Health Promotion ma’ dak ta’ Team Building. Biex dan seta jseħħ kien hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn l-OHSA u d-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, li nieda wkoll fuljett ġdid msejjaħ “Lunch Box for the Workplace”. Dan il-fuljett fih sensiela ta’ riċetti għal ikel li jista’ jew jittieħed ix-xogħol mill-ħaddiema jew li jkun servut f’canteens tal-ikel fuq ix-xogħol. Starlites Basketball Club ikkoordina l-aspetti ta’ Team Building u ta’ eżerċizzju fiżiku.

Kull min jaħdem f`organizzazzjoni jaf xi problemi jistgħu jinqalgħu jekk il-ħaddiema ma jiġbdux l-istess ħabel, jew jekk jitħallew jinbtu piki fuq il-post tax-xogħol. Ikun diżastru għall-kumpanija, jekk il-ħaddiema jaħdmu għal rashom, ma jaqsmux ideat, ma jirrispettawx deċiżjonijiet u ma jaġixxux bħala tim. Dan huwa l-għan ewlieni marbut mal-kunċett ta’ Team Building.

Fl-istess ħin, huwa ferm importanti għal min iħaddem li jkollu ħaddiema f`saħħithom.  Għalkemm jeżistu diversi liġijiet li jipproteġu lill-ħaddiema minn riskji għal saħħithom fuq il postijiet tax-xogħol, ma jagħmilx sens li jkollok ħaddiema protetti minn perikli fuq ix-xogħol, waqt li fl-istess ħin dawn il-ħaddiema, jgħixu ħajja li qed tipperikolalhom saħħithom, permezz ta’ ħajja sedentarja, u nieqsa minn attività fiżika, dieta ħażina u mhux bilanċjata, u tipjip fost affarijiet oħra. Meta jintlaħqu livelli għoljin ta` saħħa, l-ħaddiema jħossuhom aħjar, jibqgħu produttivi u jieħdu inqas sick leave.  B` hekk l-employer jibbenefika kemm finanzjarjament, kif ukoll permezz ta` image pożittiv li l-kumpanija hija waħda li tieħu ħsieb il-ħaddiema tagħha.

Din l-attività għandha l-appoġġ sħiħ tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, taħt il-programm li din l-Aġenzija qed tniedi matul din is-sena fir-rigward ta’ Workplace Health Promotion. L-Awtorità Maltija għas-Saħħa u s-Sigurà fuq il-Post tax-Xogħol qed tippromwovi wkoll din l-inizzjattiva biex tiġi ntrodotta kemm f`kumpaniji privati, u f’entitajiet pubbliċi.

L-Onor. Joe Cassar,  Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, li għalaq din l-attività faħħar lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għal din l-inizjattiva innovativa, kif ukoll il-mod kif l-Awtorità u d-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, ikkollaboraw flimkien biex tkun tista’ titnieda din l-attività. Huwa awgura li dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u kumpaniji privati, jieħdu dan l-eżempju u huma wkoll jorganiżżaw attivitajiet simili fl-entitajiet tagħhom, u dan fl-istess interess tal-entitajiet nfushom u tal-ħaddiema.

Riċerka reċenti wriet li meta ħaddiema jkunu f’saħħithom, mhux biss għax protetti fuq ix-xogħol, iżda wkoll għax ikunu nkoraġġuti u mgħejjuna mill-kumpanija biex isegwu stili ta’ ħajja li jinkoraġġixxu livelli għoljin ta’ saħħa, tiżdied il-produttività, jonqsu s-sick leave u t-turnovers tal-ħaddiema. L-attività fiżika hija wieħed mill-modi kif dan jista’ jseħħ, flimkien ma’ miżuri oħra li jistgħu jittieħdu biex il-ħaddiema jibqgħu f’saħħithom.

Xi kummenti mill-parteċipanti:

Jesmond Bonello (Asst. Segretarju Ġenerali – UHM) -  Prosit tal-attività li organizzajtu għax kienet organizzata tajba ħafna. Din hija attività sportiva li tiżviluppa numru ta’ ħiliet mhux biss fiżiċi iżda ukoll toħloq għaqda u relazzjoni aħjar ma’ persuni li kontinwament tiltaqa’ u taħdem magħhom. Din hi attività li toħloq tbissima  waqt li qiegħed tagħmel sforz fiżiku. Meta tgħiduli nerġa’ niġi.

John B Scicluna (Manager-Sectors – Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry) – Il Malta Chamber tirringrazzja lil-OHSA talli ġiet mistiedna biex tkun rappreżentata f`din l-inizjattiva. It-taħlita bejn eżerċizzji fiżiċi u Team Building hija interessanti u innovattiva. Prosit lill-OHSA tal-organizzazzjoni u tal-eżempju li qiegħda tagħti b` dawn l-attivitajiet.

Josep Carabott (Turu Micallef Health and Safety Insitute – GWU) - Prosit lil kull min kellu sehem fl-organizzazjoni ta’ dan l-avveniment "Active Team Building", li kien mod divertenti kif twassal grupp ta nies jaħdmu bħala "team" biex jilħqu l-istess għan, filwaqt li fl-istess ħin il-parteċipanti kienu esposti għal eżerċizzji fiżiċi, li huma tant bżonnjużi. Grazzi talli tajtuni ċans nipparteċipa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow