Left arrow Go Back

L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK – ESTENSJONI GĦALL-ĠBIR U MILI TAL-FORMOLI TAR-REĠISTRAZZJONI – BIRKIRKARA

pr0052
Date Icon 13/01/2011

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma ntitolati għall-mediċina b’xejn mingħand il-Gvern u, li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara, li minħabba r-rispons kbir li kien hemm mill-pubbliku, iż-żmien għar-Reġistrazzjoni ġie estiż sat-28 ta’ Jannar 2011.

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jixtieq jinforma lill-pazjenti li l-Formola tar-Registrazzjoni għall-‘Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek’ tista’ tiġi ffirmata kemm mit-tabib/a privat/a kif ukoll mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ B’Kara.

Il-pazjenti li joqgħodu fil-lokalitajiet imsemmija hawn fuq u li għandhom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete BISS għandhom jirreġistraw ma’ din l-Iskema.

Il-Formola tar-Registrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irregistra magħha.  Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn.

Għar-Reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-formola uffiċjali pprovduta mid- Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. 

Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni għandu jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350.


Spiżeriji B’Kara

Isem

Indirizz

Lokalità

1.     Fleur-De-Lys Pharmacy

32, Triq Fleur-de-lys,

Birkirkara

2.     Herba Pharmacy

183, Triq il-Kbira

Birkirkara

3.     Holy Cross Pharmacy

37, Triq il-Kbira ,

Birkirkara

4.     Mackies Pharmacy

Triq L. Casolani, Ta' Paris

Birkirkara

5.     Pharmaplus

Triq Ganu,

Birkirkara

6.     Rational Pharmacy

74/75, Triq il-Wied,

Birkirkara

7.     St. Anne Pharmacy

24, Misrah Sant’Elena

Birkirkara

8.     St. Helen Pharmacy

Triq Tumas Fenech,

Birkirkara

9.     St. Jude Pharmacy

213, Triq il-Wied ,

Birkirkara

10.   St. Paul’s Pharmacy

Triq Brared,

Birkirkara

11.  The Local Dispensary

Triq Kan. K. Pirotta

Birkirkara



Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow