Left arrow Mur Lura

L-ISKEMA TAL-ISPIŻERIJA TAL-GĦAŻLA TIEGĦEK F’SANTA VENERA - ĠBIR U MILI TAL-FORMOLA TAR-REĠISTRAZZJONI

pr0045
Date Icon 12/01/2011

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li huma intitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, li jistgħu jiġbru l-Formola tar-Reġistrazzjoni biex jibbenifikaw mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek mill-ispiżeriji li ser jipparteċipaw fl-Iskema msemmija hawn taħt mill-15 ta’ Jannar 2011.  Il-pazjenti li joqogħdu fil-lokalità msemmija hawn fuq u li għandhom il-Kartuna s-Safra, u dawk li huma intitolati għall-mediċini tad-diabete BISS għandhom jirreġistraw ma’ din l-Iskema. 

Huwa importanti li għar-Reġistrazzjoni l-pazjenti jieħdu magħhom u jippreżentaw:

1. Il-Karta tal-Identità

2. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]

3. Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]

Il-Formola tar-Reġistrazzjoni għandha timtela kif ġej:

Sezzjoni [A] -  Mill-pazjent

Sezzjoni [B] - Mill-ispiżjar/a inkarigat/a mill-ispiżerija li l-pazjent ikun għażel biex jirreġistra magħha. 

Sezzjoni [C] - Mit-tabib/a tagħhom jew mit-tobba taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.

Il-Formola tar-Reġistrazzjoni mimlija, għandha tittieħed lura għand l-ispiżerija li l-pazjent ikun irreġistra magħha.  Flimkien mal-Formola tar-Reġistrazzjoni l-pazjent għandu jibgħat ukoll kopji tal-Kartun u l-Permessi kollha li jintitolawh għal mediċini b’xejn, u kopja tal-Karta’ tal-Identità.

Huwa IMPORTANTI li għar-reġistrazzjoni għandha tintuża BISS il-Formola tar-Reġistrazzjoni uffiċjali pprovduta mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-04 ta’ Frar, 2011. 

Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni jista’ jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350

Spiżeriji  - STA. VENERA

Isem

Indirizz

Localita’

1.     Fatima Pharmacy

Triq iż-Żonqor

Sta. Venera

2.     Lantern Pharmacy

Misraħ il-Kebbies,

Sta. Venera

3.     St. Bartholomew Pharmacy

230, Fleur-De-Lys Road,

Sta. Venera

4.     St. Venera Pharmacy

532, High Street,

Sta. Venera

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow