ID-DEĊIŻJONI TAL-UFFIĊĊJU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA DWAR ID-DEPOŻITU FUQ IĊ-ĊILINDRI TAL-GASS
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta wettaq investigazzjoni biex jistabbilixxi jekk il-proċedura ta’ rifużjoni ta’ depożiti fuq ċilindri tal-gass addottata mill-kumpanija Liquigas hix intiża biex toħnoq il-kompetizzjoni.
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta sab li effettivament din il-proċedura ma ġietx introdotta jew qed tintuża biex tkisser jew toħnoq il-kompetizzjoni fis-suq tat-tqassim taċ-ċilindri tal-gass bieb bieb. Instab ukoll li t-talba għal depożitu u l-proċedura ta’ rifużjoni ilhom fis-seħħ mis-sebgħinijiet meta l-Korporazzjoni Enemalta kienet responsabbli mill-produzzjoni u miċ-ċilindri tal-gass.
Kien stabbilit ukoll li tul is-snin il-ħlas mitlub bħala depożitu fuq kull ċilindru inbidel. Kien hemm żmien meta kien jintalab ħlas ta’ 50ċ, l-ekwivalenti ta’ ftit aktar minn €1.16
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta stabbilixxa wkoll li l-konsumatur għandu dritt jitlob u jingħata rifużjoni fuq iċ-ċilindri tal-gass mill-kumpanija Liquigas.
Ta’ min jinnota li meta konsumatur jonqos milli jippreżenta l-irċevuta li turi li kien ħallas id-depożitu fuq iċ-ċilindru tal-gass, il-kumpanija Liquigas, minn jeddha, qed tagħti rifużjoni ta’ €5.
Sadanittant, l-Uffiċċju għal Kompetizzjoni Ġusta qiegħed ikompli l-istħarriġ tiegħu sabiex jeżamina l-proċess tad-distribuzzjoni f’dan is-suq.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003