Left arrow Mur Lura

FL-2011 IL-GVERN SE JIFFINANZJA 56 ATTIVITÀ KULTURALI ORGANIZZATI MILL-KUNSILLI LOKALI

pr0035
Date Icon 10/01/2011

Taħt l-iskema Inizjattivi ta’ Attivitajiet 2011, il-Kunsilli Lokali se jkunu qed jorganizzaw total ta’ 56 attivita’ kulturali. L-Iskema Inizjattivi u Attivitajiet għall-Kunsilli Lokali 2011 tinvolvi kwart ta’ miljun ewro u qed tkun amministrata bi sħab bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.

Din hi t-tielet sena konsekuttiva li l-Gvern nieda skema ta’ għajnuna finanzjarja biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jieħdu inizjattivi u jorganizzaw attivitajiet li jippromwovu l-identità u l-wirt storiku u kulturali tal-komunitajiet rispettivi.

L-attivitajiet li se jsiru jinkludu 42 f’Malta u 14 f’Għawdex. 51 attività huma organizzati bejn 46 Kunsill Lokali, filwaqt li sitt attivitajiet huma organizzati minn erba’ Kumitati Amministrattivi.

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu Mario de Marco u  mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said,

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li fis-sentejn li għaddew l-iskema kienet suċċess hekk kif kienu organizzati 81 attività fix-xhur tax-xitwa u permezz tagħhom il-Kunsilli Lokali rnexxielhom jattiraw numru kbir ta’ viżitaturi kemm Maltin kif ukoll turisti lejn il-lokalitajiet tagħhom. Fit-tieni sena l-attivitajiet kienu rduppjaw, filwaqt li taħt din it-tielet skema l-attivitajiet reġgħu żdiedu.

L-iskema hi propju maħsuba biex tilħaq l-għanijiet imfassla mill-Politika tal-Gvern Lokali u mill-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu. Fost l-oħrajn dawn l-attivitajiet għandhom jgħinu jsaħħu l-prodott turistiku li joffru l-gżejjer Maltin, jattiraw turisti lejn lokalitajiet li normalment ma jattirawx wisq turisti lejhom, u jestendu l-attivitajiet għax-xhur kollha tas-sena b’mod partikolari fix-xhur tax-xitwa.

Chris Said faħħar lill-Kunsilli Lokali li rnexxielhom jistabbilixxu numru ta’ attivitajiet organizzati minnhom fil-kalendarju annwali tal-attivitajiet kulturali. Dawn qed jiġu reklamati barra minn Malta filwaqt li l-Maltin u l-Għawdxin saru jfittxuhom bil-ħerqa. Hu qal ukoll li din kienet l-ewwel sena għall-Kumitati Amministrattivi li setgħu jissottomettu attivitajiet organizzati minnhom u l-parteċipazzjoni kienet mill-aktar inkoraġġanti.

Is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco qal li dawn l-attivitajiet jilħqu tlett għanijiet marbuta mat-turiżmu:

• Jgħinu fit-tisħiħ tal-prodott turistiku lokali għaliex joffru esperjenza unika lit-turist li jżur pajjiżna.

• Jgħinu biex it-turiżmu ma jibqax stazzjonajt fi ftit żoni iżda jinfirex madwar Malta u Għawdex.

• Jgħinu biex pajjiżna jkompli jegħleb l-isfida tal-istaġjonalità għaliex dawn l-attivitajiet joħolqu attrazzjonijiet turistiċi matul is-sena kollha. Mario de Marco spjega li pajjiżna qed jegħleb l-isfida tal-istaġjonalità tant li f’Ottubru 2010 in-numru ta’ turisti li ġew Malta, laħaq l-ammont ta’ turisti li qabel kienu jżuru pajjiżna fix-xahar tal-Lulju. Spjega li f’Ottubru tas-sena l-oħra ġew Malta aktar minn 146,000 turist. Dan huwa aktar mill-ammont ta’ turisti li ġew Malta f’Lulju tal-2009 u fil-livell ta’ ammont ta’ turisti li ġew Malta f’Lulju tal-2008.

Is-Segretarju Parlamentari de Marco qal li l-attivitajiet kulturali fl-ibliet u l-irħula qed jikkontribwixxu lejn is-sostenibbilità tal-kultura għaliex diversi tradizzjonijiet li kienu qed jintilfu, qed jerġgħu jingħataw il-ħajja. B’hekk qed isaħħu l-identità lokali filwaqt li joffru divertiment kemm lill-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll lit-turist. Mario de Marco appella lill-kunsilli lokali biex jaċċertaw li l-attività kulturali fil-lokalità tagħhom tkun mifruxa mas-sena kollha. Hu appella wkoll għat-titjib ta’ żoni storiċi fl-ibliet u l-irħula li fl-aħħarnett jikkumplimentaw l-attivitajiet kulturali.

L-attivitajiet li kienu eliġibbli jridu jiġu organizzati bejn Diċembru 2010 u nofs Ġunju 2011 jew inkella bejn Settembru 2011 u tmiem Diċembru 2011.

L-attivitajiet kollha li saru jew se jsiru bl-għajnuna finanzjarja tal-Gvern huma dawn:

Il-Kunsill Lokali

L-attività

Id-dati meta se ssir

Il-Belt Valletta (Città Umilissima)

Valletta New Year's Eve Celebration 2010

31 ta’ Diċembru 2010

L-Imdina (Città Notabile)

Medieval Mdina - Flower and Pageantry

6 – 8 ta’ Mejju 2011

Il-Birgu (Città Vittioriosa)

BirguFest 2011

7 – 9 ta’ Ottubru 2011

L-Isla (Città Senglea)

Senglea Marittima 2011

7 – 9 ta’ Mejju 2011

Bormla (Città Cospicua)

Still to be confirmed

Still to be confirmed

Ħal Qormi  (Città Pinto)

Festa tar-Rebbiegħa 2011

7 - 8 ta' Mejju 2011

Ħal Qormi  (Città Pinto)

Lejl f'Casal Fornaro

14 – 15 ta’ Ottubru 2011

Ħaż-Żebbuġ (Città Rohan)

NightFest@Ħaż-Żebbug 2011

14 ta’ Mejju 2011

Ħaż-Żabbar (Città Hompesch)

Lejla Fil-Belt Hompesch: A Festival of Arts, History and Culture

21 ta’ Mejju 2011

Is-Siġġiewi (Città Ferdinand)

Siġġiewi Annual Agrarian Show: where the past meets the present

11 – 12 ta’ Ġunju 2011

Iż-Żejtun (Città Beland)

Żejt iż-Żejtun

24 - 25 ta’ Settembru 2011

Ir-Rabat (Città Victoria)

New Year in the City

31 ta’ Diċembru 2010

Ħ'Attard

Festa Natura u Jiem il-Ġonna

2 ta’ April 2011

Ħal Balzan

Festa Natura u Jiem il-Ġonna

2 ta’ April 2011

Ħad-Dingli

Ħad-Dingli - Ħidma Agrarja u Tradizzjonijiet

15 ta’ Mejju 2011

Il-Fgura

Milied Imdawwal 2011

Il-ġimgħa ta’ qabel il-Milied

Floriana

Malta New Year's Eve Celebrations 2010

31 ta’ Diċembru 2010

Floriana

The Fifth Malta Mechanised Ground Fireworks Festival

20 ta’ April 2011

Għajnsielem

Bethlehem f'Għajnsielem

4 ta’ Diċembru 2010 – 3 ta’ Jannar 2011

L-Għarb

Seħer il-Punent 2011

31 ta’ Marzu sat-3 ta’ April 2011

Ħal Għargħur

Milk Festival

20 ta’ Marzu 2011

Il-Ħamrun

Festival ta' Ċikkulata fil-Ħamrun

30 ta’ Ottubru 2011

Ta' Kerċem

Festubru

8 u 9 ta’ Ottubru 2011

Ħal Kirkop

Spring Irkottafest 2011

21 – 22 ta’ Mejju 2011

Ħal-Lija

Citrus and Harvest Festival

8 ta’ Jannar 2011

Ħal-Luqa

Ħal-Luqa, Niesha u Ġrajjietha

13 – 15 ta’ Mejju 2011

Il-Marsa

Xogħol, ikel u xorb matul il-medda taż-żminijiet

10 ta’ Settembru 2011

Marsaskala

Iljieli Skalin

23 - 25 Settembru 2011

Marsaxlokk

Mir-raħal tas-sajjieda

4 – 5 Ġunju 2011

Il-Mellieħa

Iljieli Mellieħin 2011

15 - 18 ta' Settembru 2011

Il-Mellieħa

Milied Mellieħi 2010

19 - 25 ta' Diċembru 2010

L-Imġarr

Festival Togħmiet Xitwin - A Celebration of typical Maltese winter recipes

7 ta’ Diċembru 2010

L-Imqabba

‘L-Imqabba mal-medda taż-Żmien’

7 ta' Ottubru 2011

In-Nadur

Nadur Christmas Market 2010

3 – 5 ta’ Diċembru 2010

In-Naxxar

Ir-Raħal fil-Milied 2010

12 ta’ Diċembru 2010

Paola

Notte a' Casal Paola - Storja - Arti – Muzika

still to be confirmed

Paola

Milied Imdawwal – Il-promozzjoni tal-kultura u l-wirt Paolin ghat-turizmu kulturali barrani u lokali  

13 – 19 ta’ Diċembru 2010

Il-Qala

The 6th Edition of the Qala International Folk Festival, 2011 -  Exploring European and Maltese diversity through Folklore and Culture

15 ta’ Settembru 2011

Ir-Rabat (Malta)

Ir-Rabat tul iż-żminjiet

30 ta' April 2011

San Ġiljan

Festa ta’ Lapsi

6 ta’ Ġunju 2011

San Lawrenz

The Mediterranean 3 D Festival

10 ta' Settembru 2011

San Pawl il-Baħar

The  Wignacourt Tower Festival

27 ta' Marzu 2011

San Pawl il-Baħar

Festa tal-Bdiewa f'Burmarrad 2011

3 - 4 ta’ Settembru 2011

Ta’ Sannat

Notte Scarlatta - L-Attakk tal-10 ta' Ottubru, 1942 f'Ta' Sannat

4 – 5 ta’ Ġunju 2011

Tas-Sliema

Milied Tas-Sliem, f’Tas-Sliema

 17 – 19 ta’ Diċembru 2010

Ħal Tarxien

Epoka - Festival tal-Festi Tradizzjonali Maltin u Għawdxin

16 - 18 ta' Settembru 2011

Konsorżju (Bormla, Ħaż-Żebbuġ u Ħal Tarxien)

Eighth Edition of the Malta International Folk Festival

28 – 30 ta’ Diċembru 2010

Xewkija

Fiori d'Argenta

10 - 12 ta' Gunju 2011

Żebbuġ (G)

Ilwien ir-Rebbiegħa 2011

16 - 17 ta' April 2011

L-Imtarfa

Military Mtarfa 2011

20 – 22 ta’ Mejju 2011

Il-Kumitat Amministrattiv

 L-attività

 Id-data meta se ssir

Marsalforn

Still to be confirmed

7 ta' Mejju 2011

Bubaqra

Traditional Maltese Wedding

29 ta’ Mejju 2011

Xlendi

Xalar ix-Xlendi

Still to be confirmed.

Santa Luċija (Ta' Kerċem)

Santa Luċija Symphony of Light

15 – 16 ta’ Ottubru 2011

Xlendi

Xmas time in Xlendi

13 ta' Dicembru 2010

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow