Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA’

pr0032
Date Icon 09/01/2011

Allegazzjonijiet li qed jiġu miċħuda bl-aktar mod kategoriku

B’referenza għal dak li deher fl-istampa, il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’  Joe Cassar isostni li bil-kontra ta’ dak li ġie rappurtat hu qatt ma ħa pożizzjoni.  Hu ġie msejjaħ bħala xhud, fuq ordni tal-Qorti, biex jixhed fuq xi hadd li kien isegwi bħala psikjatra qabel ma sar segretarju parlamentari u ministru.  Għalhekk ix-xhieda tiegħu kienet riżultat tal-professjoni tiegħu ta’ psikjatra.  Bil-kontra ta’ dak li ġie rappurtat, Dr Joe Cassar ma ħax pożizzjonijiet. 

Dr Joe Cassar irrisponda d-domandi magħmula lilu kif kien l-obligu legali tiegħu fil-preżenza kemm tal-akkużati kif ukoll ta' wieħed mill-allegat vittmi fil-preżenza tal-avukat tiegħu li kien qiegħed jidher għalih parte civile.

Il-konklużjonijiet li ġew rappurtati huma opinjoni u  mhux kif fil-fatt ġara.  L-allegazzjonijiet li hu ħa xi pożizzjoni huma kompletament infondati u qed jiġu miċħuda bl-aktar mod kategoriku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow