STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA’
Allegazzjonijiet li qed jiġu miċħuda bl-aktar mod kategoriku
B’referenza għal dak li deher fl-istampa, il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita’ Joe Cassar isostni li bil-kontra ta’ dak li ġie rappurtat hu qatt ma ħa pożizzjoni. Hu ġie msejjaħ bħala xhud, fuq ordni tal-Qorti, biex jixhed fuq xi hadd li kien isegwi bħala psikjatra qabel ma sar segretarju parlamentari u ministru. Għalhekk ix-xhieda tiegħu kienet riżultat tal-professjoni tiegħu ta’ psikjatra. Bil-kontra ta’ dak li ġie rappurtat, Dr Joe Cassar ma ħax pożizzjonijiet.
Dr Joe Cassar irrisponda d-domandi magħmula lilu kif kien l-obligu legali tiegħu fil-preżenza kemm tal-akkużati kif ukoll ta' wieħed mill-allegat vittmi fil-preżenza tal-avukat tiegħu li kien qiegħed jidher għalih parte civile.
Il-konklużjonijiet li ġew rappurtati huma opinjoni u mhux kif fil-fatt ġara. L-allegazzjonijiet li hu ħa xi pożizzjoni huma kompletament infondati u qed jiġu miċħuda bl-aktar mod kategoriku.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003