STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
L-ebda traċċa ta’ diossina fl-għalf għall-bhejjem f’pajjiżna
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jgħarraf lill-pubbliku, li l-għalf li jingħata lill-annimali f’Malta ma fih l-ebda kontaminazzjoni.
Ir-Rapid Alert System for Food and Feed (RASFF) ħarġet biss notifikazzjonijiet ta’ prodotti ikkontaminati bil-kimika tad-diossina, lil Germanja, L-Olanda u r-Renju Unit. L-RASFF tippermetti l-iskambju rapidu u effettiv ta' nformazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea meta jiġu skoperti riskji fl-ikel u fil-katina alimentari. Il-Membri kollha tal-RASFF (UE-27, il-Kummissjoni, n-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżlanda) għandhom servizz ta' 24 siegħa biex ikun żgurat li n-notifiki urġenti ikunu mwassla fl-iqsar ħin possibbli. Bis-saħħa tal-RASFF, qed ikun żgurat li tinxtered l-informazzjoni u jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa fil-ħin biex ikun imħares il-konsumatur.
Il-Ministeru jfakkar li l-entrapriza li minnu inizjat il-kontaminazzjoni fl-għalf ma tissuplixxi l-ebda prodott lis-settur agrikolu Malti.
Id-Dipartiment responsabbli mir-Regolamentazzjoni tal-Agrikoltura u s-Sajd qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi kollha b’rabta ma dan il-każ u qed ikompli bil-ħidma kontinwa tiegħu ta’ sorveljanza u spezzjonijiet biex tibqa assigurata l-kwalita’ tal-prodott lokali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003