Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT B’RISPOSTA GHALL-ISTQARRIJA TAL-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI ANTHONY AGIUS DECELIS

pr0029
Date Icon 08/01/2011

26,000 PERSUNA JIEĦDU L-BENEFIĊĊJU TAL-ENERĠIJA - IL-GVERN TA ENERGY BENEFIT GĦAŻ-ŻIEDA FIL-PREZZ TAL-GASS F'LULJU LI GĦADDA

26,000 persuna qed igawdu il-benefiċċju tal-energija (energy voucher) biex ikollhom tnaqqis fil-kont tad-dawl u l-ilma.  Dan il-benefiċċju jingħata biex jagħmel tajjeb għaż-żieda fil-prezz internazzjonali taż-żejt u li laqat lil Malta minħabba li pajjiżna jiddependi mill-fuels li jiġu impurtati minn barra.  Dan il-benefiċċju jgawdu minnu l-aktar anzjani, persuni li jiddependu mill-benefiċċji soċjali, persuni b'diżabilita' li persuni li jkunu qed ifittxu x-xogħol.

F'Lulju li għadda l-Gvern żied wkoll benefiċċju tal-enerġija minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali tal-gass. Familji fejn tal-anqas hemm persuna waħda li hi anzjana, jew anzjani li jgħixu waħedhom, ingħataw €25. B’hekk aktar minn 13,000 familja, fejn hemm anzjani, ingħataw €25. Familji oħra, li wkoll huma ntitolati għall-benefiċċju tal-enerġija, ngħataw żieda ta’ €15.

Jidher li l-Oppożizzjoni lanqas hi konxja ta' dan il-benefiċċju u tagħżel li tfajjar il-kritika mingħajr ma tqis il-fatti.  Il-Gvern kien ħabbar li se jingħata dan il-benefiċċju f'Lulju li għadda, iżda l-Oppożizzjoni jew ma tiftakarx fih jew trid tnessih.

Il-Gvern permezz tal-budget għal din is-sena ħa aktar miżuri favur l-anzjani.  Minn dan ix-xahar inbidel il-means test biex aktar anzjani u familji li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet igawdu mill-għajnuna massima fil-benefiċċji socjali li jistgħu jirċievu.  B'hekk ma jitilfu xejn minn dak li kienu jieħdu qabel, minħabba li tiżdied il-pensjoni.  Għal darb'oħra, din is-sena il-pensjonanti ngħataw mill-Gvern żieda sħiħa fil-pensjoni daqs il-ħaddiema.  Barra minn hekk dawk li jilħqu l-eta' tal-irtirar għandhom l-għażla li jibqgħu f'impjieg u jieħdu l-pensjoni u paga sħiħa.

Il-Gvern qed jinvesti f'aktar servizzi tas-saħħa b'xejn, qed jingħataw aktar mediċini b'xejn u qed isiru aktar operazzjonijiet.  Tul is-sena li għaddiet il-Gvern fetaħ swali ġodda f'San Vincenz de Paul ghal 144 anzjan u anzjana, infetaħ l-ewwel night shelter fiż-Żejtun u sar aktar investiment fil-faċilitajiet ta' rijabilitazzjoni f'Karin Grech.

Filwaqt li l-Gvern jibqa' iffukat fuq il-ħolqien tax-xogħol u din il-ħidma qed tissarraf f'aktar investiment u tnaqqis fil-qgħad, il-Gvern qed jinvesti aktar fondi fis-saħħa tal-poplu, fil-kura tal-anzjani, fis-servizzi u l-benefiċċji socjali għal min għandu bżonn jiġi mwieżen, fl-ambjent u fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ.

L-oppożizzjoni trid li l-Gvern u pajjiżna jaddotta strateġija żbaljata.  L-istrateġija żbaljata tal-oppożizzjoni twassal għal konsegwenzi negattivi fuq il-poplu Malti kif sfortunatament ġralhom pajjiżi oħra, li llum qed jgħottru taħt il-morsa tal-qgħad u qed inaqqsu mill-benefiċċji soċjali, iżidu ħlasijiet għas-saħħa u l-edukazzjoni u jnaqqsu mill-pagi.  L-oppożizzjoni għandha strateġija żbaljata.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow