STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX BĦALA TWEĠIBA GĦAL DAK LI NTQAL MID-DEPUTAT LABURISTA LEO BRINCAT
Il-misteru li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Leo Brincat qed jipprova joħloq madwar id-dokument sħiħ dwar il-viżjoni Eko-Għawdex, ma jeżisti mkien.
Fil-fatt, il-Ministru għal Għawdex irrispondiet għal diversi Mistoqsijiet Parlamentari magħmula mill-Oppożizzjoni fil-Parlament rigward dan id-dokument. Kemm hi u kemm uffiċjali oħrajn tal-Ministeru għal Għawdex tkellmu kemm il-darba fil-pubbliku dwar dan id-dokument u r-rwol tiegħu bħala gwida għal Żvilupp Sostenibbli għal Għawdex.
Id-dokument li qed jirreferi għalih l-Onor. Brincat kif diġà ntqal fil-Parlament qiegħed fi stadju ta’ working draft u huwa ppjanat li jiġi ppubblikat hekk kif jiġi konkluż. Dan hu dokument dwar il-viżjoni Eko-Għawdex li jwassal sas-sena 2020.
Sadanittant il-Ministeru għal Ghawdex jiċċara li bħala parti mill-viżjoni ta’ Eko-Għawdex diġà ġew ippubblikati 80 rakkomandazzjoni minn dan id-dokument. Dawn ġew ippubblikati u ppreżentati fid-diskors tal-Baġit 2010 fid-9 ta’ Novembru 2009, fil-forma tal-Pjan t’Azzjoni għal Eko-Għawdex għas-snin 2010-2012. (Dan id-dokument huwa aċċessibbli online bil-link http://www.eco-gozo.com/pdfs/Eco-Gozo_proposed_action%202010_2012.pdf)
Bħalissa, il-Ministeru għal Għawdex għaddej bl-implimentazzjoni ta’ dawn it-80 miżura.
Mhuwiex minnu lanqas li xi dokument relatat mal-viżjoni eko-Għawdex qed jinżamm mistur għall-benefiċċju ta’ spekulaturi kif kompliet tikkummenta l-gazzetta elettronika tal-Oppożizzjoni meta rrappurtat l-istqarrija tal-Onor. Brincat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003