STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Qabża ta’ kwalita’ fil-mod ta’ kif jasal il-prodott frisk lokali għand il-konsumatur.
Illum il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali ttermina l-kuntratt li kellha l-Pitkali Crates Limited biex taħsel il-kaxxi li jintużaw għall-ġarr ta’ ħaxix u frott f’Malta. Dan seħħ wara li minkejja li l-kumpanija kienet notifikata għal diversi drabi biex ittejjeb l-operat tagħha dan m’għamlitux b’dannu għall-bdiewa.
Il-Ministeru għal dawn l-aħħar xhur kien kontinwament qed jirċievi lmenti mis-settur agrikolu dwar in-nuqqas ta’ servizz li kienet tagħti din il-kumpanija, liema lmenti dehru anke fuq il-media lokali. Għalhekk inħass il-bżonn li ladarba l-kumpanija ma’ kkooperatx il-Ministeru ħadem ħalli tinstab soluzzjoni.
Il-Ministeru jħabbar li se jkun qed jipprovdi servizz ta’ ħasil tal-kaxxi b’mod immedjat għal perijodu ta’ żmien sakemm jinstab operatur ieħor li jintgħażel biex jagħti dan is-servizz.
Il-Ministeru javza li minn nhar l-Erbgħa 12 ta’ Jannar 2011 il-Pitkalija se tkun qed tilqa’ l-kaxxi tal-bdiewa biex jinħaslu. Il-Ministeru wkoll xtara numru ta’ kaxxi ġodda. Il-bdiewa li jixtiequ jixtru kaxxi ġodda jistgħu jagħmlu dan mill-uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-Pitkalija. Għal aktar informazjoni wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 23396101 bejn it-8.30am u l-15.30.
Il-Ministeru jappella għall-kooperazzjoni ta’ kulħadd sabiex flimkien tkompli ssir qabża ta’ kwalità fil-mod ta’ kif jasal il-prodott frisk lokali għand il-konsumatur.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003