Left arrow Go Back

ŻIEDA FIN-NUMRU TA’ OPERAZZJONIJIET U TA’ PAZJENTI FL-EMERGENŻA

pr0024
Date Icon 07/01/2011

Fl-ewwel 5 ijiem ta’ din is-sena:  il-pazjenti fl-Emerġenza u dawk li ddaħħlu l-isptar għal kura jiżdiedu b’10%.  Żieda wkoll ta’ 17% fl-operazzjonijiet u interventi taħt il-loppju.

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, Joe Cassar u s-Segretarju Parlamentari Mario Galea jirringrazzjaw lill-istaff mediku kollu tal-ħidma tagħhom f’dawn il-ġranet meta l-influwenza hi fl-aqwa tagħha u qed twassal biex aktar nies jirrikorru għal kura fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fl-Isptar Mater Dei.

Għalkemm kien hemm żieda fl-ammont ta’ nies li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u żieda fl-għadd ta’ pazjenti li ddaħħlu l-isptar għall-kura mill-Emerġenza, komplew jiżdiedu l-operazzjonijiet li saru fl-Isptar Mater Dei.  Bejn l-1 ta’ Jannar u l-5 ta’ Jannar ta’ din is-sena saru 581 operazzjoni u intervent mediku taħt il-loppju.  Dan ifisser żieda ta’ 17% fuq is-sena li għaddiet meta fl-istess perjodu kienu saru 497.  Mhux biss kien hemm żieda ta’ 17% fl-operazzjonijiet li saru iżda ma tħassru l-ebda operazzjonijiet minħabba ż-żieda fl-ammont ta’ pazjenti fl-Emerġenza u fl-Isptar.

Fl-ewwel ġranet ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ 10% fl-ammont ta’ nies li ddaħħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.  Filwaqt li fl-ewwel ħamest ijiem tas-sena li għaddiet kienu daħlu 1,483 fl-Emeġenza, din is-sena ddaħħlu 1,628.  Wara li dawn ġew eżaminati, 497 ddaħħlu għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei, li wkoll ifisser żieda ta’ 10% fuq is-sena li għaddiet.

Bejn l-1 ta’ Jannar u l-5 ta’ Jannar 2011 żdiedu wkoll is-sejħiet għall-Ambulanzi: l-Ambulanza ssejħet 78 darba kuljum, filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 70 sejħa kuljum.  Dan ifisser żieda ta’ 11.5%.

Il-Ministru Joe Cassar u s-Segretarju Parlamentari Mario Galea qalu li ż-żieda fl-operazzjonijiet waqt li qed jiddaħħlu aktar nies fl-Isptar minħabba l-influwenza turi d-dedikazzjoni qawwija tal-istaff mediku u amministrattiv tal-Isptar Mater Dei.

Huma rringrazzjaw ukoll lit-tobba tal-familja u lit-tobba u l-impjegati fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-ħidma medika tagħhom fil-komunitajiet tagħna fejn joffru l-ewwel kura lil pazjenti u lil min ikun għaddej minn diffikultajiet ta’ saħħa.  Huma jirringrazzjaw ukoll lix-xufiera tal-ambulanzi tal-ħidma tagħhom, li matul dawn il-jiem qed jaraw żieda fix-xogħol tagħhom.

Il-Ministru Joe Cassar u s-Segretarju Parlamentari Mario Galea jirringrazzjaw lill-pubbliku tal-kooperazzjoni tagħhom f’dawn iż-żminijiet meta l-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei qed tiżdied minħabba l-passa tal-influwenza.

Dal-għodu l-Ministru Joe Cassar żar id-Dipartiment tal-Emerġenza biex jirringrazzja personalment lill-ħaddiema.

B’kollaborazzjoni mal-MUMN, mil-lum żdiedu 20 sodda fir-Residenza San Vincenz de Paul biex fihom jidħlu persuni li bħalissa jinsabu fl-Isptarijiet Mater Dei jew Karin Grech u ma jistgħux jirritornaw lura d-dar tagħhom jew f’dar tal-qraba tagħhom.

Il-Ministeru jerġa’ jappella għall-prekawzjoni u prudenza biex jiġi evitat aktar tixrid ta’ mard.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow