Left arrow Mur Lura

ĦIDMA EFFETTIVA MILL-KORP TAL-PULIZIJA FI ŻMIEN IL-FESTI

pr0018
Date Icon 06/01/2011

Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici, jikkongratula lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ħidma effettiva li wettqu tul il-perijodu tal-festi li wasslet sabiex ma jkunu reġistrati ebda inċidenti gravi la fil-postijiet ta’ divertiment u lanqas fit-toroq ta’ pajjiżna.

Il-Ministru jirringrazzja lill-uffiċjali kollha u t-tmexxija tal-Korp talli mhux biss ħadu l-passi kollha meħtieġa sabiex ikun hemm il-ħarsien tal-liġi permezz ta’ azzjonijiet ta’ infurzar tajbin, iżda anke ħadmu fuq pjan effettiv ta’ prevenzjoni u edukazzjoni sabiex il-pubbliku ma jabbużax, speċjalment f’dak li huwa sewqan taħt l-influwenza tax-xorb alkoħoliku. Ma hemmx dubju li dan il-pjan ħadem sew u ħalla l-frott mixtieq.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern ifakkar li f’Lulju tas-sena 2010 kien daħħal fis-seħħ numru ta’ emendi fil-liġi li kienu intiżi sabiex iżidu s-sigurtà fit-toroq billi jdaħħlu deterrent effettiv għas-sewqan perikoluż meta s-sewwieq ikun taħt l-influwenza tax-xorb.

Dawn kienu jinkludu:

• Persuna li tirrifjuta jew tonqos milli tagħti kampjun meħtieġ issa tkun ħatja ta’ reat u sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju, titqies li l-proporzjoni ta’ alkoħol fid-demm ta’ dik il-persuna kien iżjed mil-limitu preskritt.

• Il-piena għal min jinqabad isuq xurban żdiedet minn €465.87 għal €1,200

Permezz ta’ din l-għodda ġdida, tul il-perijodu tal-festi l-Korp tal-Pulizija waqqaf 25 persuna li kienu qed isuqu meta kellhom livell ta’ alkoħol eċċessiv fid-demm u li ser ikunu qed jittieħdu l-passi kontrihom skont il-liġi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow