Left arrow Mur Lura

MEWĠA QAWWIJA TAL-INFLUWENZA

pr0017
Date Icon 06/01/2011

Kif tħabbar fil-jiem li għaddew, bħalissa pajjiżna qed jintlaqat minn mewġa qawwija tal-influwenza. Kif mistenni, din is-sitwazzjoni ħolqot pressjoni fuq is-settur tas-saħħa, partikolarment fuq id-Dipartiment tal-Emerġenza.   Bħala medja aktar minn 300 persuna kuljum qed jingħataw trattament u kura f‘dan id-Dipartiment.

Id-Diviżjoni tas-Saħħa l-bieraħ fil-għaxija għamlet arranġamenti mas-settur privat tal-anzjani sabiex 18-il persuna jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għal faċilitajiet fil-privat li magħhom il-Gvern kellu kuntratti fl-iskema ta' Public Private Partnership.

Il-Ministeru tas-Saħħa jirringrazzja lill-istaff tal-Isptar Mater Dei li qed jagħtu servizz indispensabbli lill-pazjenti.  Il-Ministeru jirringrazzja wkoll lis-sezzjoni tat-Trasport, kif ukoll lis-settur privat, għar-rispons professjonali li permezz tiegħu setgħu jiġu trasferiti dawn il-pazjenti.

Filwaqt li l-Ministeru jiskuza ruħu mal-pazjenti u l-qraba tagħhom għall-inkonvenjent li seta’ kkawża dan it-trasferiment, jirringrazzja lill-pubbliku tal-koperazzjoni li qed juri u għal darboħra jappella għall-prudenza u l-prekawzjoni sabiex l-influenza ma tkomplix tinfirex aktar.

Kull persuna għandha tieħu il-prekawzjonijiet li ġejjin biex tgħin biex l-influwenza ma tinxteridx:

- Tevita l-folol f’postijiet pubbliċi, speċjalment fil-magħluq.

- Taħsel u tiddiżinfetta jdejha spiss jew tuża hand gel.

- Tiekol sustanzjuż – partikolarment frott u ħaxix.

- Tixrob ħafna ilma.

- Tarmi jew tiddisponi minn tissues u mkatar b’mod adegwat biex il-virus ma jinxteridx u dan b’rispett lejn ħaddieħor ukoll.

- F’każ ta’ mard tikkuntatja lit-tabib tal-familja jew Ċentru tas-Saħħa mill-aktar fis possibbli.

Huwa importanti wkoll li tfal morda ma jintbagħtux l-iskola.

Il-Ministeru jfakkar wkoll li min ma ħax il-vaċċin għall-influwenza, għadu jista’ jieħu din it-tilqima biex jilqa’ kontra l-influwenza.

L-influwenza għandha l-ewwel tiġi trattata mit-tabib tal-familja jew taċ-Ċentri tas-Saħħa.  Huma t-tobba tal-familja jew taċ-Ċentri tas-Saħħa li jiċċertifikaw u joħorġu riferta f’każ li persuna jkollha bżonn tmur id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. 

Fid-Dipartiment tal-Emerġenza l-ewwel jiġu eżamitati l-pazjenti u l-persuni li l-kundizzjoni tagħhom tkun aktar serja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow