Left arrow Mur Lura

PASSA TAL-INFLUWENZA

pr0016
Date Icon 05/01/2011

Appell għall-Prekawzjoni u Prudenza

Id-Diviżjoni tas-Saħħa tavża li f’Malta hawn passa ta’ influwenza qawwija li tista’ twassal għal problemi f’persuni vulnerabbli bħall-anzjani u nies li jbatu minn kundizzjonijiet kroniċi bħall-ażma u mard tal-qalb.

Għalkemm ma hemmx lok ta’ allarm id-Diviżjoni tisħaq li kull persuna għandha tieħu  il-prekawzjonijiet li ġejjin:

- Tevita l-folol f’postijiet pubbliċi, speċjalment fil-magħluq.

- Taħsel u tiddiżinfetta jdejha spiss jew tuża hand gel.

- Tiekol sustanzjuż – partikolarment frott u ħaxix.

- Tixrob ħafna ilma.

- Tarmi jew tiddisponi minn tissues u mkatar b’mod adegwat biex il-virus ma jinxteridx u dan b’rispett lejn ħaddieħor ukoll.

- F’każ ta’ mard tikkuntatja lit-tabib tal-familja jew Ċentru tas-Saħħa mill-aktar fis possibbli.

Id-Divizjoni tas-Saħħa tfakkar li l-influwenza għandha l-ewwel tiġi trattata mit-tabib tal-familja jew taċ-Ċentri tas-Saħħa.  Huma t-tobba tal-familja jew taċ-Ċentri tas-Saħħa li jiċċertifikaw u joħorġu riferta f’kas li persuna jkollha bżonn tmur id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei. 

Id-Diviżjoni tfakkar ukoll li fid-Dipartiment tal-Emerġenza l-ewwel jiġu eżamitati l-pazjenti u l-persuni li l-kundizzjoni tagħhom tkun aktar serja.

Id-Divizjoni tas-Saħħa tapprezza l-koperazzjoni tal-pubbliku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow