L-AĦĦAR ĠIMGĦA TA’ ATTIVITAJIET RELATATI MA’ ŻMIEN IL-FESTI F’GĦAWDEX
pr2408
30/12/2010
| Il-programm ta’ | attivitajiet għal żmien il-festi tal-Milied 2010 mħejji mill-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, ser jiġi fi tmiemu nhar il-Ħamis 6 ta’ Jannar 2011 bil-kunċert Epiphany Joys, imtella’ mill-Kor Gaulitanus fil-Lukanda Kempinski f’San Lawrenz. |
| Il-Kor Gaulitanus, | taħt id-direzzjoni tal-Mro. Colin Attard ser ikun qed joffri lill-pubbliku serata b’varjetà ta’ medleys tal-Milied imħejjija speċifikament għal dan il-kunċert. Id-Direttur Artistiku ta’ dan il-kor għażel li jtella’ kunċert tal-Milied b’differenza f’Għawdex, b’kant sekulari li jvarja minn waltz għal polka u minn għanjiet sagri għal swing. Dan sabiex joħloq atmosfera ta’ festa mimlija emozzjonijiet, ferħ u ħajja. |
| F’dan il-kunċert ser | jipparteċipaw ukoll is-solisti tal-kor: Marthese Borg, Joseph Buttigieg, Josianne Callus, Rita Dimech, Fabian Galea, Francesca Sciberras u Annabelle Zammit. Barraminhekk l-aħwa Jean Noel u Pierre Louis Attard ser jakkumpanjaw lill-kor bid-daqq tal-vjolin, bil-parteċipazzjoni wkoll tal-pjanista tal-kor Stephen Attard. Il-kunċert jibda fis-7.30 p.m. u d-dħul għalih huwa b’xejn. |
| Dan il-kunċert ser | jagħlaq l-attivitajiet organizzati għal dan iż-żmien ta’ festi f’Għawdex, li fost l-oħrajn kienu jinkludu Il-Milied ta’ Dari fejn saret purċissjoni bil-Bambin fiċ-Ċittadella, il-kunċert Christmas with the Musicals imtella’ minn The Helping Hands Group u The Gozo Youth Wind Band, il-Choral Christmas Concert mill-Chorus Urbanus u pageant tal-Milied f’San Lawrenz. |
| Għada l-Ġimgħa 31 ta’ | Diċembru, il-Kunsill Lokali ta’ Victoria ser itella’ attività fi Pjazza Indipendenza u fi Pjazza San Ġorġ f’Victoria, mid-9 p.m. ‘il quddiem, fejn fost l-artisti parteċipanti ser ikun hemm Red Electric, Airport Impressions, Mistaken Identity, Beyond Return, Inside Plan u DJ Jaycee, bi preżentazzjoni ta’ Moira Delia. Imbagħad, nhar il-Ħadd 2 ta’ Jannar, fis-7 p.m. is-Soċjetà Museum Nadur ser ittella’ l-musical tal-Milied - Tama li Rebħet fl-Oratorju Don Bosco fir-Rabat. |
Għal aktar informazzjoni tista’ żżur il-website www.gozoculture.com jew ċempel fuq 22156700.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003