Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU U S-SINJURA GONZI JILQGĦU LILL-PUBBLIKU F'KASTILJA NHAR L-EWWEL TAS-SENA 2011

pr2402
Date Icon 29/12/2010
Il-Prim Ministru,Lawrence Gonzi u s-Sinjura Catherine Gonzi, se jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta' Kastilja ghall-iskambju tal-awguri nhar l-Ewwel tas-Sena 2011.
Kull min jixtieq jiltaqa'mal-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi jista' jagħmel dan fil-Berġa ta' Kastilja bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar, nhar is-Sibt 1 ta' Jannar 2011.
Waqt li jkun fil-Berġata' Kastilja, il-pubbliku ser ikun jista' jara l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Sala tal-Ambaxxaturi u kif ukoll is-Sala tal-Kabinett li bħalissa fiha hemm wirja dwar il-ħajja tal-eks Prim Ministru ta’ Malta, Enrico Mizzi.
Bħalissa fil-Berġa ta'Kastilja hemm eżibit ukoll il-Presepju magħmul mill-istudenti tal-Kulleġġ San Injazju, Skola Sekondarja tal-Ħandaq, Qormi u t-tpinġijiet li għamlu l-Istudenti tal-Kulleġġ Maria Reġina, Skola Primarja ta' San Pawl il-Baħar biex jintużaw fil-Kartolina Uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru.
Il-Berġa ta' Kastilja setkun miftuħa wkoll bejn is-6.00 p.m. u t-8.00 p.m., nhar l-Ewwel tas-Sena għal dawk li jixtiequ jiffirmaw il-Ktieb tal-Viżitaturi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow