IL-PRIM MINISTRU U S-SINJURA GONZI JILQGĦU LILL-PUBBLIKU F'KASTILJA NHAR L-EWWEL TAS-SENA 2011
pr2402
29/12/2010
| Il-Prim Ministru, | Lawrence Gonzi u s-Sinjura Catherine Gonzi, se jilqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta' Kastilja ghall-iskambju tal-awguri nhar l-Ewwel tas-Sena 2011. |
| Kull min jixtieq jiltaqa' | mal-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi jista' jagħmel dan fil-Berġa ta' Kastilja bejn l-10.00 a.m. u nofsinhar, nhar is-Sibt 1 ta' Jannar 2011. |
| Waqt li jkun fil-Berġa | ta' Kastilja, il-pubbliku ser ikun jista' jara l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, is-Sala tal-Ambaxxaturi u kif ukoll is-Sala tal-Kabinett li bħalissa fiha hemm wirja dwar il-ħajja tal-eks Prim Ministru ta’ Malta, Enrico Mizzi. |
| Bħalissa fil-Berġa ta' | Kastilja hemm eżibit ukoll il-Presepju magħmul mill-istudenti tal-Kulleġġ San Injazju, Skola Sekondarja tal-Ħandaq, Qormi u t-tpinġijiet li għamlu l-Istudenti tal-Kulleġġ Maria Reġina, Skola Primarja ta' San Pawl il-Baħar biex jintużaw fil-Kartolina Uffiċjali tal-Milied tal-Prim Ministru. |
| Il-Berġa ta' Kastilja se | tkun miftuħa wkoll bejn is-6.00 p.m. u t-8.00 p.m., nhar l-Ewwel tas-Sena għal dawk li jixtiequ jiffirmaw il-Ktieb tal-Viżitaturi. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003