SPEZZJONIJIET REGOLARI BIEX TKUN ASSIGURATA S-SIGURTÀ FIL-PLAYGROUNDS KOLLHA
pr2401
29/12/2010
| Il-Bord | tal-Istandards tal-Awtorità Maltija dwar l-Istandards (MSA) aċċetta formalment li l-Istandard dwar l-Immaniġġjar u s-Sigurtà fil-Playing Fields għadda mill-fażijiet kollha. Wara l-perjodu ta’ konsultazzjoni li għalaq f’Novembru, ġew analizzati l-kummenti u l-proposti kollha tal-pubbliku. Bħala riżultat ta’ dan l-iżvilupp tfassal ftehim bejn il-MSA u d-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex immedjatament jibdew isiru spezzjonijiet fuq bażi regolari biex tkun assigurata s-sigurtà tal-playgrounds li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal Kunsilli Lokali. |
| Wara li jagħmlu l-ispezzjonijiet | meħtieġa, l-ispetturi tal-MSA se jkunu mistennija li jfasslu rapporti individwali dwar il-playing fields kollha. B’hekk il-Kunsilli Lokali jkunu jafu f’liema stat jinsab mhux biss it-tagħmir fil-playing fields iżda wkoll l-istat ġenerali tal-post. Se tkun ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali li jassiguraw li n-nuqqasijiet indikati fir-rapporti jiġu indirizzati. B’dan il-mod se jkun aċċertat li l-ġenituri jkollhom moħħhom mistrieħ dwar is-sigurtà fil-postijiet fejn uliedhom ikunu qed jilagħbu u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom. |
| Il-Gvern iqis iż-żoni | pubbliċi ta’ rikreazzjoni bħala essenzjali għall-iżvog tal-individwi fis-soċjetà tal-lum. Dawn l-ispazji, li fis-snin li għaddew sar investiment qawwi fihom kemm mill-Gvern kif ukoll mill-Kunsilli Lokali, jintużaw kemm minn tfal kif ukoll minn adulti. F’ċerti żoni pubbliċi qed ikun installat ukoll tagħmir tal-gyms u għaldaqstant qed jattiraw aktar minn qatt qabel żgħażagħ u adulti. Għaldaqstant hu essenzjali li ż-żoni pubbliċi ta’ rikreazzjoni jkunu aċċessibbli, ippjanati b’attenzjoni kbira, u magħmula b’tali mod li jolqtu l-ħtiġijiet u l-interessi ta’ etajiet differenti. |
| Il-Gvern jibqa’ | kommess li jagħmel dak kollu possibbli biex dan l-ambjent jipprovdi serħan il-moħħ għal min ikun qed juża l-apparat kif ukoll għal min ikun qed jakkumpanjah. Huwa importanti wkoll li kullħadd jagħti sehmu biex dawn il-postijiet jinżammu fi stat nadif u ma jsirux ħsarat jew atti ta’ vandaliżmu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003