Left arrow Mur Lura

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport jiltaqa’ ma’ uffiċjali mill-Unione Sportiva Triestina Calcio li jinsabu f’taħriġ hawn Malta

pr2400
Date Icon 28/12/2010

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport iltaqa’ ma’ delegazzjoni komposta minn uffiċjali għolja tat-tim tal-football ta’ Triestina li jinsabu hawn Malta għal taħriġ.

Minn naħa tiegħu l-Onor. Puli feraħ lid-diriġenti ta’ US Triestina talli għażlu lil Malta għat-training camp u għat-tournament triangulari li ser jintlagħab nhar il-Ħamis li ġej konta Valletta FC u Qormi FC. Huwa tkellem dwar il-possibiltà u l-potenzjal ta’ turiżmu sportiv li joffri pajjiżna.

Waqt din il-konferenzatal-aħbarijiet tkellem ukoll Kenneth Vella li semma t-twaqqif ta’ Triestina Soccer School Malta u kif nibtet l-idea li jiġi t-tim tal-kbar hawn Malta. Huwa rringrazzja lil Triestina tal-fiduċja, lill-Malta Football Association, Valletta FC u Qormi FC u lill-kollaboraturi tiegħu Robert Busuttil u Alfio San Filippo.
Tkellem wkoll id-DiretturĠenerali ta’ Triestina Calcio, Marco Cernaz li semma l-importanza li Malta tiġi riklamata f’Trieste u faħħar il-kwalità tajba tal-faċilitajiet sportivi. Huwa spjega l-potenzjal ta’ turiżmu sportiv lejn Malta u sostna li t-temp tajjeb, l-ospitalità, l-aċċesibilità u l-faċilitajiet tajbin huma fatturi pożittivi biex Malta tattira aktar turiżmu sportiv.
Franco Schiraldi,Direttur tas-sezzjoni żgħażagħ rringrazzja lill-uffiċjali ta’ Triestina Soccer School Malta u lis-Segretarju Parlametnari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli tal-ospitalità.
Preżenti kien hemm ukollEmiliano Testini, il-captain tat-tim u l-coach il-ġdid Walter  Alessandro Salvioni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow