L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport jiltaqa’ ma’ uffiċjali mill-Unione Sportiva Triestina Calcio li jinsabu f’taħriġ hawn Malta
pr2400
28/12/2010
L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport iltaqa’ ma’ delegazzjoni komposta minn uffiċjali għolja tat-tim tal-football ta’ Triestina li jinsabu hawn Malta għal taħriġ.
Minn naħa tiegħu l-Onor. Puli feraħ lid-diriġenti ta’ US Triestina talli għażlu lil Malta għat-training camp u għat-tournament triangulari li ser jintlagħab nhar il-Ħamis li ġej konta Valletta FC u Qormi FC. Huwa tkellem dwar il-possibiltà u l-potenzjal ta’ turiżmu sportiv li joffri pajjiżna.
| Waqt din il-konferenza | tal-aħbarijiet tkellem ukoll Kenneth Vella li semma t-twaqqif ta’ Triestina Soccer School Malta u kif nibtet l-idea li jiġi t-tim tal-kbar hawn Malta. Huwa rringrazzja lil Triestina tal-fiduċja, lill-Malta Football Association, Valletta FC u Qormi FC u lill-kollaboraturi tiegħu Robert Busuttil u Alfio San Filippo. |
| Tkellem wkoll id-Direttur | Ġenerali ta’ Triestina Calcio, Marco Cernaz li semma l-importanza li Malta tiġi riklamata f’Trieste u faħħar il-kwalità tajba tal-faċilitajiet sportivi. Huwa spjega l-potenzjal ta’ turiżmu sportiv lejn Malta u sostna li t-temp tajjeb, l-ospitalità, l-aċċesibilità u l-faċilitajiet tajbin huma fatturi pożittivi biex Malta tattira aktar turiżmu sportiv. |
| Franco Schiraldi, | Direttur tas-sezzjoni żgħażagħ rringrazzja lill-uffiċjali ta’ Triestina Soccer School Malta u lis-Segretarju Parlametnari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli tal-ospitalità. |
| Preżenti kien hemm ukoll | Emiliano Testini, il-captain tat-tim u l-coach il-ġdid Walter Alessandro Salvioni. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003