SPETTAKLU, LOGĦOB TAN-NAR U COUNTDOWN JINTRODUĊU S-SENA L-ĠDIDA FIL-FLORIANA
pr2398
28/12/2010
| Waqt | konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Floriana ngħataw dettalji dwar il-Malta’s New Year’s Eve Celebrations li se jkunu organizzati għat-tieni darba konsekuttiva f’din il-lokalità. Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, il-Kunsill Lokali tal-Floriana daħal għal biċċa xogħol akbar li tinkludi artisti u kantanti Maltin stabbiliti, logħob tan-nar u Christmas Parade. Il-qofol jintlaħaq f’nofsillejl b’countdown u l-ispettaklu jkompli wara sas-2.00 am. |
| Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata | mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Chris Said u mis-Sindku tal-Floriana, Nigel Holland. |
| Is-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, | Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, Chris Said ħeġġeġ lill-Maltin u lill-Għawdxin biex jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida billi jieħdu gost flimkien mingħajr ma jpoġġu ħajjithom jew ħajjet ħaddieħor fil-periklu. |
| Hu qal | li l-attivitajiet li jiċċelebraw il-bidu tas-sena l-ġdida m’għandhomx jitqiesu f’kompetizzjoni għal xulxin iżda huma kumplimentari għaliex se joffru affarijiet differenti li jolqtu l-gosti ta’ kullħadd. Hu qal li dawn l-attvitajiet huma importanti ħafna għaliex iservu biex jgħaqqdu l-poplu Malti sabiex jiċċelebra flimkien, jiġbdu lit-turisti lejn attivitajiet tal-massa, iservu bħala riklam għal pajjiżna, u jgħinu lill-komunità kummerċjali u lin-negozju f’dik l-istess lokalità. |
| Chris | Said qal li għall-2011 il-Gvern ħareġ skema ta’ madwar kwart ta’ miljun ewro f’għajnuna lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw attivitajiet lokali. L-iskop ta’ skema bħal din fis-snin li għaddew intlaħaq għaliex permezz ta’ dawn l-attivitajiet il-Kunsilli Lokali qed jgħinu fit-tisħiħ tal-prodott turistiku li joffru l-gżejjer Maltin, qed jattiraw turisti lejn lokalitajiet li normalment ma jattirawx wisq turisti lejhom, u qed jestendu l-attivitajiet għax-xhur kollha tas-sena b’mod partikolari fix-xhur tax-xitwa. |
| Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u | l-Kultura, Mario de Marco qal li l-attività li se tkun organizzata Lejliet l-Ewwel tas-Sena fil-Floriana hija pożittiva għaliex tikkumplimenta l-Pjan Nazzjonali għat-Turiżmu li jipproponi li jsiru inizjattivi biex it-turiżmu ma jkunx ikkonċentrat f’żona waħda imma mifrux fi diversi bliet u rħula madwar Malta u Għawdex. |
| L-attività qed tgawdi wkoll minn għajnuna | finanzjarja permezz ta’ skema mmexxija mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali. Permezz ta’ din l-iskema qed ikun aċċertat li l-poplu Malti jgawdi minn attivitajiet u proġetti li jsaħħu l-għarfien dwar lokalità partikolari, tenna Mario de Marco. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li dawn | l-attivitajiet qed ipoġġu diversi bliet u rħula fuq il-mappa turistika ta’ pajjiżna għaliex jipproġettaw l-istorja, il-kultura u t-tradizzjonijiet ta’ dawn il-lokalitajiet. Hu qal li diversi attivitajiet li jiġu organizzati f’Diċembru huma marbuta mal-Milied u l-Ewwel tas-Sena li għal Maltin u l-Għawdxin hu perjodu ta’ festi li għandhom ukoll rabta fil-qrib mat-twemmin reliġjuż tagħna, il-kultura u t-tradizzjonijiet tagħna. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003