Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’

pr2394
Date Icon 24/12/2010
żIEDATA’ 6% FIN-NUMRU TAL-OPERAZZJONIJIET TAL-QALB
Il-Ministeru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ jikkundanna l-miżinformazzjoni u l-allarm li pprova joħloq il-ġurnal ‘l-Orizzont’ lejliet il-Milied dwar nuqqas ta’ stents (molol) li jintużaw fl-operazzjonijiet tal-qalb.
Matul din is-sena, id-Dipartimenttas-Saħħa xtara stents skond il-provedimenti tal-liġi (f’ammonti iżgħar imma aktar frekwenti) sabiex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ stents f’dawn l-aħħar xhur minnħabba raġunijiet ta’ natura kuntrattwali marbuta mal-proċess ta’ tenders pubbliċi.
Il-Ministeru jserraħ ras il-poplu limhux biss saru u qed isiru l-operazzjonijiet tal-każi urġenti kollha iżda fil-fatt hemm ‘il fuq minn 300 stent ta’ tipi differenti fl-istore tal-Cardiac Catheterisation Lab li jservu sabiex isiru l-angioplasties kollha meħtieġa sa l-aħħar ta’ Frar 2011.
Ta’ min jinnota li n-numru ta’angioplasties matul l-2010 żdiedu b’6% filwaqt li l-użu tal-istents żdiedu b’7%.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow