Stqarrija mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’
pr2394
24/12/2010
| żIEDA | TA’ 6% FIN-NUMRU TAL-OPERAZZJONIJIET TAL-QALB |
| Il-Ministeru tas-Saħħa, | l-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ jikkundanna l-miżinformazzjoni u l-allarm li pprova joħloq il-ġurnal ‘l-Orizzont’ lejliet il-Milied dwar nuqqas ta’ stents (molol) li jintużaw fl-operazzjonijiet tal-qalb. |
| Matul din is-sena, id-Dipartiment | tas-Saħħa xtara stents skond il-provedimenti tal-liġi (f’ammonti iżgħar imma aktar frekwenti) sabiex jagħmel tajjeb għan-nuqqas ta’ stents f’dawn l-aħħar xhur minnħabba raġunijiet ta’ natura kuntrattwali marbuta mal-proċess ta’ tenders pubbliċi. |
| Il-Ministeru jserraħ ras il-poplu li | mhux biss saru u qed isiru l-operazzjonijiet tal-każi urġenti kollha iżda fil-fatt hemm ‘il fuq minn 300 stent ta’ tipi differenti fl-istore tal-Cardiac Catheterisation Lab li jservu sabiex isiru l-angioplasties kollha meħtieġa sa l-aħħar ta’ Frar 2011. |
| Ta’ min jinnota li n-numru ta’ | angioplasties matul l-2010 żdiedu b’6% filwaqt li l-użu tal-istents żdiedu b’7%. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003