Left arrow Go Back

AKTAR MINN 400 DELEGAT BARRANI GĦAT-TMIEN EDIZZJONI TAL-MALTA INTERNATIONAL FOLK FESTIVAL

pr2391
Date Icon 23/12/2010
It-tmien edizzjonital-Malta International Folk Festival se tlaqqa’ madwar 420 delegat jew parteċipant barrani minn disa’ pajjiżi differenti. Dan il-festival se jkun organizzat bejn it-28 u t-30 ta’ Diċembru mill-Kunsilli Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ, Ħal Tarxien u Bormla.
Id-dettalji ngħatawwaqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said flimkien mas-Sindki rispettivi tal-istess lokalitajiet.
Il-parteċipanti fil-festivalġejjin minn Franza, l-Italja, Sqallija, l-Armenja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Sri Lanka, il-Litwanja, il-Greċja u l-Indja. Bejniethom dawn se jipprovdu 12-il grupp folk differenti.
Il-festivaljippromwovi l-arti, il-kultura u l-ħiliet tradizzjonali fil-qasam tal-performing arts. L-għan tiegħu hu li jwessa’ l-għarfien tat-tradizzjonijiet u l-kulturi ta’ pajjiżi differenti.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li dan il-festival għandu jservi bħala riklam eċċellenti għal Malta. Dan għaliex se jkun hawn f’Malta numru ta’ ġurnalisti u rappreżentanti tal-media ta’ dawn il-pajjiżi kollha li se jirrappurtaw dak li se jkun qed jiġri.
Fl-attivita’ se jsirutliet defiles f’jiem differenti fit-tliet lokalitajiet Maltin li qed jorganizzawh.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said fakkar li bl-iskema Inizjattivi u Attivitajiet 2011, il-Gvern se jkun qed jgħaddi mal-kwart ta’ miljun ewro lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw attivitajiet fil-lokalitajiet tagħhom. L-inizjattiva tal-Kunsilli Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ, Ħal Tarxien u Bormla hi propju waħda minn dawn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow