DR. JOE BORG MAĦTUR IĊ-CHAIRMAN IL-ĠDID TAL-AKKADEMJA TAL-ISTUDJI DIPLOMATIĊI MAGĦRUFA BĦALA MEDAC
pr2390
23/12/2010
| Dr Joe Borg ġie | maħtur Chairman tal-MEDAC (Mediterranean Academy of Diplomatic Studies). Dr. Borg ġie aċċettat unanimament bħala Chairman mill-membri kollha tal-Bord ta’ Tmexxija biex jissuċċedi lill-Professur Guido de Marco li miet f`Awissu li għadda. |
| Dr. Joe Borg ġie | nnominat mill-Gvern ta’ Malta permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; in-nomina tiegħu sabet appoġġ unanimu mill-Università ta’ Malta u mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Svizzeru u anki il-Gvern Ġermaniż li għandhom ukoll rappreżentanti fil-Bord. |
| L-Akkademja ilha | mwaqqfa 20 sena u tagħti korsijet fid-diplomazija anki fi stadju avvanzat lil studenti Maltin u anki barranin mid-dinja kollha. Hemm ukoll numru limitat ta’ boroż ta’ studju għal studenti biex jattendu l-Akkademja. |
| Malli aċċetta n-nomina, | Dr. Borg talab illi l-allowance li hu jipperċepixxi bħala President tal-Akkademja tintuża għal għoti ta’ Boroż ta` Studju lill-istudenti. |
Nota Bijografika
| Dr. Joe Borg, li | għandu 58 sena, iggradwa fil-Liġi f’Malta fl-1975 u f`Master of Laws f`Wales fl-1988; sa mill-1979 huwa okkupa pożizzjonijiet akkademiċi fl-Università ta’ Malta fejn speċjalizza fil-Liġi dwar il-Kumpaniji u Liġi Industrijali. Hu okkupa diversi karigi bħala konsulent legali ta’ kumpaniji u korpi kostitwiti f’Malta u barra. |
| Fl-1995 huwa kien l-awtur | ewlieni li fassal l-Att dwar il-Kumpaniji ta’ Malta. Huwa kien ukoll membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Centrali bejn l-1992 u 1995. Dr. Borg kien elett bħala membru tal-Kamra tad-Deputati fl-1995 fl-interessi tal-Partit Nazzjonalista u serva bħala Segretarju Parlamentari fil-Minsiteru tal-Affarijiet Barranin bejn l-1998 u 1999. |
| Huwa mbagħad inħatar | Ministru tal-Affarijiet Barranin u serva bejn l-1999-2004; f’dan il-perijodu hu mexxa n-negozjati għall-adeżjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Fl-2004 huwa nħatar membru tal-Kummissjoni Ewropea b’responsabbiltà għal sajd u affarijiet marittimi. Il-mandat tiegħu fil-Kummissjoni Ewropea ġie fi tmiemu fi Frar 2010. B’effett minn Ottubru 2010 reġa’ beda jgħallem fl-Università ta’ Malta. |
| Joe Borg huwa | miżżewweg lil Isabelle u għandhom żewġt itfal, Joseph u Clara. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003