Left arrow Go Back

DR. JOE BORG MAĦTUR IĊ-CHAIRMAN IL-ĠDID TAL-AKKADEMJA TAL-ISTUDJI DIPLOMATIĊI MAGĦRUFA BĦALA MEDAC

pr2390
Date Icon 23/12/2010
Dr Joe Borg ġiemaħtur Chairman tal-MEDAC (Mediterranean Academy of Diplomatic Studies). Dr. Borg ġie aċċettat unanimament bħala Chairman mill-membri kollha tal-Bord ta’ Tmexxija biex jissuċċedi lill-Professur Guido de Marco li miet f`Awissu li għadda.
Dr. Joe Borg ġiennominat mill-Gvern ta’ Malta permezz tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; in-nomina tiegħu sabet appoġġ unanimu mill-Università ta’ Malta u mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Svizzeru u anki il-Gvern Ġermaniż li għandhom ukoll rappreżentanti fil-Bord.
L-Akkademja ilhamwaqqfa 20 sena u tagħti korsijet fid-diplomazija anki fi stadju avvanzat lil studenti Maltin u anki barranin mid-dinja kollha. Hemm ukoll numru limitat ta’ boroż ta’ studju għal studenti biex jattendu l-Akkademja.
Malli aċċetta n-nomina,Dr. Borg talab illi l-allowance li hu jipperċepixxi bħala President tal-Akkademja tintuża għal għoti ta’ Boroż ta` Studju lill-istudenti.

Nota Bijografika

Dr. Joe Borg, ligħandu 58 sena, iggradwa fil-Liġi f’Malta fl-1975 u f`Master of Laws f`Wales fl-1988; sa mill-1979 huwa okkupa pożizzjonijiet akkademiċi fl-Università ta’ Malta fejn speċjalizza fil-Liġi dwar il-Kumpaniji u Liġi Industrijali. Hu okkupa diversi karigi bħala konsulent legali ta’ kumpaniji u korpi kostitwiti f’Malta u barra.
Fl-1995 huwa kien l-awturewlieni li fassal l-Att dwar il-Kumpaniji ta’ Malta. Huwa kien ukoll membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Centrali bejn l-1992 u 1995. Dr. Borg kien elett bħala membru tal-Kamra tad-Deputati fl-1995 fl-interessi tal-Partit Nazzjonalista u serva bħala Segretarju Parlamentari fil-Minsiteru tal-Affarijiet Barranin bejn l-1998 u 1999.
Huwa mbagħad inħatarMinistru tal-Affarijiet Barranin u serva bejn l-1999-2004; f’dan il-perijodu hu mexxa n-negozjati għall-adeżjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Fl-2004 huwa nħatar membru tal-Kummissjoni Ewropea b’responsabbiltà għal sajd u affarijiet marittimi. Il-mandat tiegħu fil-Kummissjoni Ewropea ġie fi tmiemu fi Frar 2010. B’effett minn Ottubru 2010 reġa’ beda jgħallem fl-Università ta’ Malta.
Joe Borg huwamiżżewweg lil Isabelle u għandhom żewġt itfal, Joseph u Clara.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow