Left arrow Mur Lura

PRESEPJI GĦALL-WIRI F’GĦAWDEX MATUL IL-JIEM TAL-MILIED

pr2389
Date Icon 23/12/2010
Kif sar fis-snin l-imgħoddija,l-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, għall-darba oħra nieda skema għall-bini ta’ presepji kbar li huma miftuħin għall-wiri mill-publiku matul il-jiem tal-festi tal-Milied anke din is-sena.
Permezz tal-iskema‘Il-Milied f’qalbna... u f’darna’ xejn inqas minn 34 presepju jinsabu għall-wiri f’postijiet f’għaxar lokalitajiet madwar Għawdex. L-iskema tagħti għajnuna lil dawk li jibnu presepji kbar, statitiċi jew mekkaniċi bl-iskop li dawn jinfetħu għall-wiri matul il-jiem tal-festi tal-Milied. Anke din is-sena, il-pubbliku qed jingħata opportunità li jgawdi minn għażla varjata f’din l-esebizzjoni li tvarja fil-materjal użat kif ukoll fl-ideat. Kollha però jagħtu lok għal riflessjoni dwar dak li ġara aktar minn elfejn sena ilu fil-grotta ta’ Betlem.
Bħal snin oħra qedjieħdu sehem individwi, għaqdiet reliġjużi u soċjali, każini tal-baned kif ukoll ċentri parrokjali li jinsabu f’Victoria, Xagħra, Nadur, Qala, Għajnsielem, Xewkija, Munxar, Santa luċija, San lawrenz u ż-Żebbuġ. Il-Ħinijiet tal-wiri huma kuljum bejn is-6.00p.m. u d-9.00p.m. filwaqt li nhar il-Milied u l-għada tal-Milied jinfetħu wkoll bejn l-10.00a.m. u nofsinhar. Nhar il-Milied u nhar l-ewwel tas-sena l-ħinijiet tal-ftuħ filgħaxija jkunu bejn it-3.00p.m. u d-9.00p.m.
Bħas-snin l-imgħoddijal-presepji li hemm għall-wiri mistennija jiġbdu attendenza numeruża kemm minn Għawdxin kif ukoll minn bosta Maltin li jżuru l-gżira ta’ Għawdex matul dan iż-żmien ta’ festi.
Aktar tagħrif jista’jinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fuq 22156700 jew fuq www.gozoculture.com.
Sadanittant danl-uffiċċju qiegħed jikkoordina wkoll l-attività Eco-cycle and fun walk b’risq L-istrina...Mill-Qalb 2010. Permezz ta’ din l-attività wieħed jista’ jipparteċipa billi jsuq ir-rota jew jimxi matul rotta li twassal għas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu. Ser ikunu qed jintlaqgħu ukoll donazzjonijiet f’attività li ser tittella’ taħt tinda mwaqqfa mill-organizzaturi tal-Istrina 2010 fi Pjazza Indipendenza f’Victoria. Waqt din l-attività ser ikun hemm programm varjat bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ bands u kantanti popolari li matulha Għawdex ser jingħaqad ukoll f’kollegamenti diretti fuq l-istazzjonijiet televiżivi waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal dan l-iskop nobbli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow