SENA REKORD GĦALL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN - L-AMBAXXATI JIRĊIEVU IKTAR MINN 1,500 KUNTATT TA’ NATURA KUMMERĊJALI
pr2388
23/12/2010
| Matul din is-sena | kien hemm iktar minn 1,500 kuntatt ta’ natura kummerċjali mal-Ambaxxati u l-Konsolati Maltin barra minn Malta. Dawn il-kuntatti huma frott tal-ħidma li jwettqu biex jattiraw iktar investiment dirett barrani u jinħolqu iktar postijiet tax-xogħol f’Malta. Aktar minn hekk, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kien kruċjali sabiex il-Gvern jiffirma, idaħħal fis-seħħ jew jirratifika mal-111-il ftehim bilaterali ma’ pajjiżi terzi f’din il-leġislatura. |
| Fil-qasam tad-diplomazija | ekonomika, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħadem bis-sħiħ sabiex ikattar ix-xogħol tiegħu f’dan il-qasam. Fl-2010 il-Ministeru kien pedina importanti fi 18-il żjara kummerċjali organizzati f’Malta u barra minn pajjiżna. Dawn iż-żjarat jinkludu wkoll id-Delegazzjonijiet Kummerċjali li għamel il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg mal-President ta’ Malta fil-Montenegro u r-Rumania. U d-delegazzjoni kummerċjali li saret f’April mal-Prim Ministru fl-Emirati Għarab Maqgħuda, il-Bahrain, u l-Kuwait. |
| Żjara oħra importanti | marbuta ma’ dan is-settur hija ż-żjara li għamel il-Viċi Prim Ministru flimkien mal-President ta’ Malta fiċ-Ċina f’April ta’ din is-sena li fiha ġiet imnedija l-istand Maltija fil-fiera EXPO ta’ Shangai. Għal din il-fiera attendew miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja. |
| Żjarat oħra | kummerċjali saru mal-Italja, in-New Zealand, il-Ġermanja, il-Palestina, it-Tuneżija, l-Isvizzera, il-pajjiżi Skandinavi, il-Ġappun, u r-Renju Unit. |
| 111-il ftehim | bilaterali fi 33 xahar |
| B’kollox f’din | il-leġislatura ġew iffirmati 30 ftehim bilaterali li jgħin l-investiment dirett barrani: 20 ftehim dwar il-Ħelsien mit-Taxxa Doppja; 6 dwar il-Viża, u 4 dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tal-Investiment. Mill-111-il ftehim li ġew iffirmati f’din il-leġislatura, fl-2010 ġew iffirmati, ratifikati jew daħlu fis-seħħ 42 ftehim. |
| Il-ftehim ġew | iffirmati ma’ 44 pajjiż differenti: l-Awstrija, l-Bahrain, il-Bosnia & Herzegovina, il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċina, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Eġittu, Franza, il-Ġermanja, il-Ġeorġia, l-Indja, l-Irlanda, l-Isle of Man, l-Italja, Jersey, il-Ġordan, il-Kuwait, il-Latvja, il-Libanu, il-Mali, il-Libja, il-Messiku, il-Montenegro, in-Norveġja, il-Pakistan, il-Qatar, ir-Rumanija, San Marino, is-Serbja, Singapore, is-Sirja, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvizzera, it-Turkija, it-Tuneżija, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Ukraina, l-Istati Uniti, l-Uzbekistan, il-Peru’ u l-Qatar. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003