Left arrow Go Back

IL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN IKKONTRIBWIXXA €380,000 GĦALL-IŻVILUPP TA’ PAJJIŻI FOQRA FL-2010

pr2383
Date Icon 22/12/2010
Matuldin is-sena, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ikkontribwixxa s-somma ta’ madwar €380,000 f’għajnuna għall-iżvilupp ta' pajjiżi foqra u fil-bżonn.
Permezztal-Fond ta’ Assistenza għall-Iżvilupp Barrani, il-Ministeru ikkontribwixxa €330,000 għal diversi proġetti, fosthom għen lil madwar 16-il għaqda karitattiva f’Malta biex iwettqu proġetti ta’ fejda f’pajjiżi foqra. Flimkien ma’ din l-għajnuna, il-Ministeru għen ukoll b’kontribuzzjoni ta’ € 50,000 lill-Flash Fund tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Haiti.
Fostl-għaqdiet lokali li bbenefikaw minn din l-għajnuna insibu:

·           Lis-Sorijiet Missjunarji tal-Karità fl-Indja; b’għajnuna biex jinxtraw materjal għat-taħrig u t-tagħlim

·           Lill-Għaqda ‘Kull Bniedem Ħija’ li qed twettaq xogħol missjunarju fil-Kenja

·           Lill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ San Ġużepp tal-Apparizzjoni bi proġett ta’ Ċentru ta’ Studju fl-Etijopja

·           Lill-Mission Fund (Malta) bi proġett fit-Tanzanija ta’ bini ta’ faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni

·           Lid-Daughters of Sacred Heart għat-tkomplija ta’ proġett ta’ skola fit-Tanzanija

·           Lill-Parroċċa Marija Addolarata – San Pawl il-Baħar biex isir ċentru għal dawk morda bl-Aids f’Tamil Nadu fl-India

·           Lill-CAMYouths, għall-estensjoni ta’ skola f’Lahore fil-Pakistan

·           Lill-SOS Malta għall-proġett ta’ ġbir ta’ ilma f’Namagoma fl-Uganda

·           Lill-St Jeanne Antide Foundation għal proġett ta’ klinika f’Chak fil-Pakistan

·           Lill-Fr. Anton Grech għall-proġett ta’ Fish Farm fil-parroċċa ta’ Izabal fil-Gwatemala

·           Lill-Missjoni Etijopja għall-proġett ta’ Housing fl-Etijopja.

·           Lill-Signum Fidei Malta biex jgħinu fi proġett ta’ edukazzjoni għat-tfal milquta mill-gwerra ċivili fis-Sri Lanka

·           Lill-Kopin għall-proġett ta’ ċentru Mediku fl-Etijopja

·           Lill-Inizjamed biex jgħinu tlett istituzzjonijiet edukattivi f’Nairobi fil-Kenja

·           Lill-Fr. Nicholas Schembri Farrugia MSSP għall-proġett ta’ estensjoni tal-parroċċa b’faċilitajiet għaż-żgħażagħ u t-tfal fil-Perù

·           Lis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl għal proġett ta’ ċentru ta’ formazzjoni għaż-żgħażagħ fil-Filippini

·           Lill-Aldea Infantil Sagrada Familia għal proġett ta’ dormitorju għat-tfal fil-Peru

Dawn il-proġetti saru wara espressjoni ta’ interess ippubblikata fil-bidu tas-sena u proċess ta’ verifikar u għażliet tal-applikazzjonijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow