Left arrow Mur Lura

725 PAZJENT MALTI JINGĦATAW GĦAJNUNA MILL-KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA F’LONDRA MATUL DIN IS-SENA

pr2381
Date Icon 22/12/2010
Il-Kummissjoni GħoljaMaltija f’Londra għenet 725 pazjent Malti matul l-2010. Dawn il-pazjenti telgħu r-Renju Unit minħabba raġunijiet mediċi. Ix-xahar ta’ Novembru kien l-iktar wieħed li fih il-Kummissjoni għenet pazjenti, li ammontaw għal-74 persuna. Il-medja ta’ pazjenti fix-xahar hija ta’ madwar 60 pazjent.
Il-Viċi Prim Ministruu Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg faħħar il-ħidma li ssir mill-Kummissjoni Għolja f’dan ir-rigward. Dawn il-każijiet ikunu sensittivi ħafna għaliex jinvolvu persuni morda u l-familjari tagħhom.
Il-Ministerutal-Affarijiet Barranin għandu persuna impjegata apposta fil-Kummissjoni Għolja sabiex twettaq din il-ħidma, bi professjonalità għolja. Tenna li l-Ministeru jibqa’ kommess sabiex itejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema tiegħu biex jibqa’ joffri dan is-servizz li tant jagħmel ġid.
Il-Kummissjoni GħoljaMaltija f’Londra, fejn jidħlu każijiet bħal dawn tgħin b’diversi modi lill-pazjenti Maltin. Fosthom toffri għajnuna konsulari, tagħrif u informazzjoni dwar il-lokalità u l-isptarijiet konċernati, kif ukoll għajnuna oħra lill-familjari tal-pazjent fosthom anki tgħin fit-trasport, loġistika u akkomodazzjoni.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow