725 PAZJENT MALTI JINGĦATAW GĦAJNUNA MILL-KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA F’LONDRA MATUL DIN IS-SENA
pr2381
22/12/2010
| Il-Kummissjoni Għolja | Maltija f’Londra għenet 725 pazjent Malti matul l-2010. Dawn il-pazjenti telgħu r-Renju Unit minħabba raġunijiet mediċi. Ix-xahar ta’ Novembru kien l-iktar wieħed li fih il-Kummissjoni għenet pazjenti, li ammontaw għal-74 persuna. Il-medja ta’ pazjenti fix-xahar hija ta’ madwar 60 pazjent. |
| Il-Viċi Prim Ministru | u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg faħħar il-ħidma li ssir mill-Kummissjoni Għolja f’dan ir-rigward. Dawn il-każijiet ikunu sensittivi ħafna għaliex jinvolvu persuni morda u l-familjari tagħhom. |
| Il-Ministeru | tal-Affarijiet Barranin għandu persuna impjegata apposta fil-Kummissjoni Għolja sabiex twettaq din il-ħidma, bi professjonalità għolja. Tenna li l-Ministeru jibqa’ kommess sabiex itejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema tiegħu biex jibqa’ joffri dan is-servizz li tant jagħmel ġid. |
| Il-Kummissjoni Għolja | Maltija f’Londra, fejn jidħlu każijiet bħal dawn tgħin b’diversi modi lill-pazjenti Maltin. Fosthom toffri għajnuna konsulari, tagħrif u informazzjoni dwar il-lokalità u l-isptarijiet konċernati, kif ukoll għajnuna oħra lill-familjari tal-pazjent fosthom anki tgħin fit-trasport, loġistika u akkomodazzjoni. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003