ATTIVITÀ F’GĦAWDEX B’RISQ L-ISTRINA...MILL-QALB 2010
pr2376
21/12/2010
| Nhar il-Ħadd 26 ta’ | Diċembru 2010 wara nofsinhar, il-Ministeru għal Għawdex ser ikun qed jorganizza attività bir-roti u bil-mixi b’risq L-Istrina...Mill-Qalb 2010. Matul is-sena din l-entità tgħin ukoll bosta individwi, familji u entitajiet Għawdxin u Maltin. |
| L-attività ser tibda | fis-2.00 p.m. meta ċiklisti Maltin iħallu s-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieħa għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu fl-Għarb. Ċiklisti Għawdxin imbagħad jiltaqgħu magħhom ħdejn Dar San Ġużepp f’Għajnsielem (l-istitut ta’ San Ġużepp) fit-3.15 p.m. filwaqt li oħrajn jistgħu jingħaqdu magħhom bil-mixi jew bir-rota, minn Pjazza Savina, Victoria fl-3.45 p.m. Mal-wasla ħdejn is-Santwarju ta’ Pinu, il-parteċipanti kollha ser jingħataw biċċa minn kejk kbir ħafna li ser isir minn studenti li qed jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala. |
| Iċ-ċiklisti Maltin li | ser jipparteċipaw f’din l-attività ser jaqsmu lejn Għawdex u lura b’xejn, bil-kollaborazzjoni tal-kumpanija Gozo Channel. Ser jiġi organizzat ukoll trasport lura minn Ta’ Pinu. |
| Kull parteċipant qed | jiġi mħeġġeġ li jagħti donazzjoni żgħira ta’ €5 b’risq L-Istrina...Mill-Qalb 2010. |
| Minbarra din l-attività, | fit-3.00 p.m. ser jingħata bidu għall-programm tal-Istrina minn Għawdex fejn l-aqwa bands Maltin u Għawdxin ser itellgħu kunċert taħt it-tinda fi Pjazza Indipendenza f’Victoria. Dan il-programm ser jibqa’ għaddej sa tard filgħaxija fejn għal ħabta tas-7.15 p.m. l-E.T. il-President George Abela huwa mistenni jingħaqad ma’ dawk li jkunu preżenti. Dan il-kunċert ser ikun f’kollegamenti diretti fuq kull stazzjon waqt l-Istrina. |
Sabiex tikseb aktar dettalji jew biex tirreġistra s-sehem tiegħek tista’ ċċempel fl-Uffiċċju tal-Kultura fuq 22156700 jew tibgħat email fuq info@gozoculture.com.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003