Wenz u Xmejxa – għal San Lawrenz nadif... anzi aktar nadif
| Janet | Codrea, li taħdem bħala Reservations Manager ġewwa lukanda f’Għawdex, ingħatat il-premju Ħaddiem tas-Sena fit-Turiżmu 2010, waqt serata li ġiet organizzata għat-tielet sena konsekuttiva mill-Gozo Tourism Association (GTA). L-għoti ta’ dan il-premju twaqqaf bil-għan li jagħti rikonoxximent għall-kontribut tar-riżors uman f’dan is-settur. Is-servizzi li jingħataw minn dawn il-ħaddiema huma parti importanti mill-prodott turistiku Għawdxi u huma mezz effikaċi li permezz tiegħu jiġi wkoll promoss is-settur turistiku fil-gżira. Dan kollu jagħti valur miżjud u b’hekk Għawdex iżid ukoll fil-kompetittività bħala destinazzjoni turistika. |
| L-Onor | Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex ippreżentat it-trofew lir-rebbieħa ta’ din is-sena, li ġiet magħżula minn fost disa’ nominazzjonijiet li ntefgħu. Disa’ ħaddiema, seba’ rġiel u żewġ nisa, li jokkupaw diversi karigi fi stabbilimenti turistiċi differenti ġewwa Għawdex, ġew proponuti għal dan it-titlu. Uħud minnhom ilhom jaħdmu f’dan is-settur għal diversi snin fil-waqt li oħrajn għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom. |
| Janet | Cordea hija Maltija Awstraljana li għal dawn l-aħħar sentejn ħadmet f’lukanda ewlenija f’Għawdex wara li għal diversi snin ħadmet fil-qasam turistiku ġewwa l-Awstralja. Hija ddeskriviet dan l-unur bħala sorpriża filwaqt li esprimiet is-sodisfazzjon li hija tqis li hu marbut ma’ karriera fil-qasam turistiku. Dan huwa relatat b’mod speċjali fil-kuntatt dirett mat-turist. |
L-Onor. Giovanna Debono faħħret l-impenn tal-GTA b’risq is-settur turistiku f’Għawdex filwaqt li spjegat kif din l-assoċjazzjoni ġiet imwaqqfa ħdax-il sena ilu fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex. Dan l-impenn issarraf f’bosta riżultati fosthom l-iżvilupp tat-turiżmu mis-suq domestiku, il-promozzjoni ta’ Għawdex bħala destinazzjoni distinta ankè fi swieq barranin kif ukoll it-twettieq ta’ proġetti li kellhom l-għan li jsaħħu il-qasam turistiku fil-gżira. Il-Ministru għal Għawdex spjegat kif l-impenn tal-Ministeru għal Għawdex huwa sostnut ukoll mis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, Kultura u Ambjent kif ukoll mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu. Il-Ministru rreferiet għall-allokazzjoni ta’ €500,000 mħabbra fil-miżuri tal-baġit għas-sena d-dieħla, li ser ikunu wżati speċifikament għar-reklamar ta’ Għawdex fi swieq barranin. ‘Dan huwa xhieda li l-kunċett li Għawdex għandu jiġi reklamat bħala destinazzjoni distinta matul is-sena kollha ġie aċċettat u adottat’ qalet il-Ministru Debono.
Waqt is-serata mħejjija għall-okkażjoni tkellmu wkoll is-Sur Paul Scicluna u s-Sur Joe Muscat, li rispettivament jokkupaw il-karigi ta’ President u Segretarju tal-GTA. Tkellmu wkoll is-Sur Josef Formosa Gauci, Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kif ukoll is-Sur Claudio Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ. L-Eċċellenza Tiegħu Mons. Isqof Mario Grech, l-Onor. Frederick Azzopardi, Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u s-sur Anton Tabone, ex-Speaker tal-Kamra tad-deputati kienu wkoll preżenti għal din is-serata li għaliha attendew ukoll bosta membri tal-GTA.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003