Left arrow Mur Lura

L-MCAST se joffri kors li jwassal għal Diploma fil-Ġurnaliżmu

pr2371
Date Icon 20/12/2010

Inawgurati uffiċċji ġodda tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

Se jkunoffrut kors li jwassal għal Ċertifikat u għal Diploma fil-Ġurnaliżmu. Il-kors, li se jsir fl-MCAST, se jsir fuq bażi part-time biex anki ġurnalisti  bi professjoni jkunu jistgħu jattendu għalih. Iċ-ċertifikazzjoni li tinħareġ se tkun validata miċ-Ċentru Malti tal-Kwalifiki (MQC) u rikonoxxuta madwar l-Ewropa kollha.
Danħabbru s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsultazzjoni Pubblika Chris Said meta llum inawgura l-uffiċċji l-ġodda tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) li jinsabu fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll miċ-Chairman tal-IĠM Malcolm Naudi.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal limill-1992 ‘l hawn, mindu x-xandir f’Malta kien liberalizzat, dawk impenjati fil-ġurnaliżmu f’pajjiżna żdiedu bil-bosta. Il-ħtieġa li f’Malta jkun offrut kors li jwassal għal ċertifikazzjoni fil-ġurnaliżmu ilha tinħass. Il-kors offrut mis-Centre for Communications Technology fl-Universita’ ta’ Malta ma jħejjix studenti biex isiru ġurnalisti iżda biex jaħdmu fil-qasam tal-komunikazzjoni.
ChrisSaid faħħar lill-IĠM li baqa’ jagħmel pressjoni sabiex din il-kwistjoni tkun indirizzata u s-Segretarjat Parlamentari tiegħu, li hu responsabbli mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, daħal biex jappoġġja din l-inizjattiva. Il-kors tfassal bl-għajnuna tal-Istitut għat-Taħriġ tal-Ġurnalisti tal-Ingilterra u se jkun addattat għall-ħtiġijiet tal-istampa u x-xandir f’Malta. Dawk li jlestu l-kors u jieħdu d-Diploma jistgħu jagħmlu sena studji żejda biex b’hekk jakkwistaw il-Baċellerat. F’pajjiżna għadu qatt ma kien offrut degree fil-Ġurnaliżmu.
Dwarl-uffiċċji l-ġodda tal-IĠM, is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li dawn se jieħdu post il-kwartieri l-antiki li kienu mislufa lill-IĠM li jinsabu fi Triq Zekka. L-uffiċċji l-ġodda jinsabu f’post aktar ċentrali u joffru l-faċilitajiet meħtieġa – għal-laqgħat tal-membri tal-IĠM u wkoll għal servizzi li regolarment jintalbu minn ġurnalisti barranin li spiss ikunu Malta.
L-IĠM,oriġinarjament magħruf bħala The Malta Press Club, twaqqaf fl-1985. Din is-sena għalaq 25 sena. Fost il-membri tiegħu, l-IĠM għandu ġurnalisti, fotografi, kontributuri, opinjonisti mill-ispectrum kollu tal-media lokali, gazzetti, stazzjonijiet tat-TV u tar-radju.
L-IĠM hurikonoxxut mill-Gvern tant li membri tiegħu huma maħtura fuq bordijiet governattivi. Matul is-snin dan ħadem bil-kbir u wassal biex saru żviluppi fil-liġi tal-istampa u biex ingħataw drittijiet akbar lill-ġurnalisti.
L-IĠM humembru sħiħ tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti, tal-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti u tal-Għaqda tal-Ġurnalisti tal-Mediterran u jipparteċipa fil-laqgħat ta’ dawn l-istituzzjonijiet.
Iċ-Chairmantal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, Malcolm Naudi, wera l-apprezzament tiegħu u tal-ġurnalisti Maltin għall-appoġġ sħiħ li s-Segretarju Parlamentari Chris Said qed jagħti lill-IĠM fil-ħidma tiegħu biex tissaħħaħ il-professjoni tal-ġurnaliżmu f’Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow