L-MCAST se joffri kors li jwassal għal Diploma fil-Ġurnaliżmu
pr2371
20/12/2010
Inawgurati uffiċċji ġodda tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin
| Se jkun | offrut kors li jwassal għal Ċertifikat u għal Diploma fil-Ġurnaliżmu. Il-kors, li se jsir fl-MCAST, se jsir fuq bażi part-time biex anki ġurnalisti bi professjoni jkunu jistgħu jattendu għalih. Iċ-ċertifikazzjoni li tinħareġ se tkun validata miċ-Ċentru Malti tal-Kwalifiki (MQC) u rikonoxxuta madwar l-Ewropa kollha. |
| Dan | ħabbru s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsultazzjoni Pubblika Chris Said meta llum inawgura l-uffiċċji l-ġodda tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) li jinsabu fi Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll miċ-Chairman tal-IĠM Malcolm Naudi. |
| Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li | mill-1992 ‘l hawn, mindu x-xandir f’Malta kien liberalizzat, dawk impenjati fil-ġurnaliżmu f’pajjiżna żdiedu bil-bosta. Il-ħtieġa li f’Malta jkun offrut kors li jwassal għal ċertifikazzjoni fil-ġurnaliżmu ilha tinħass. Il-kors offrut mis-Centre for Communications Technology fl-Universita’ ta’ Malta ma jħejjix studenti biex isiru ġurnalisti iżda biex jaħdmu fil-qasam tal-komunikazzjoni. |
| Chris | Said faħħar lill-IĠM li baqa’ jagħmel pressjoni sabiex din il-kwistjoni tkun indirizzata u s-Segretarjat Parlamentari tiegħu, li hu responsabbli mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, daħal biex jappoġġja din l-inizjattiva. Il-kors tfassal bl-għajnuna tal-Istitut għat-Taħriġ tal-Ġurnalisti tal-Ingilterra u se jkun addattat għall-ħtiġijiet tal-istampa u x-xandir f’Malta. Dawk li jlestu l-kors u jieħdu d-Diploma jistgħu jagħmlu sena studji żejda biex b’hekk jakkwistaw il-Baċellerat. F’pajjiżna għadu qatt ma kien offrut degree fil-Ġurnaliżmu. |
| Dwar | l-uffiċċji l-ġodda tal-IĠM, is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li dawn se jieħdu post il-kwartieri l-antiki li kienu mislufa lill-IĠM li jinsabu fi Triq Zekka. L-uffiċċji l-ġodda jinsabu f’post aktar ċentrali u joffru l-faċilitajiet meħtieġa – għal-laqgħat tal-membri tal-IĠM u wkoll għal servizzi li regolarment jintalbu minn ġurnalisti barranin li spiss ikunu Malta. |
| L-IĠM, | oriġinarjament magħruf bħala The Malta Press Club, twaqqaf fl-1985. Din is-sena għalaq 25 sena. Fost il-membri tiegħu, l-IĠM għandu ġurnalisti, fotografi, kontributuri, opinjonisti mill-ispectrum kollu tal-media lokali, gazzetti, stazzjonijiet tat-TV u tar-radju. |
| L-IĠM hu | rikonoxxut mill-Gvern tant li membri tiegħu huma maħtura fuq bordijiet governattivi. Matul is-snin dan ħadem bil-kbir u wassal biex saru żviluppi fil-liġi tal-istampa u biex ingħataw drittijiet akbar lill-ġurnalisti. |
| L-IĠM hu | membru sħiħ tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġurnalisti, tal-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti u tal-Għaqda tal-Ġurnalisti tal-Mediterran u jipparteċipa fil-laqgħat ta’ dawn l-istituzzjonijiet. |
| Iċ-Chairman | tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, Malcolm Naudi, wera l-apprezzament tiegħu u tal-ġurnalisti Maltin għall-appoġġ sħiħ li s-Segretarju Parlamentari Chris Said qed jagħti lill-IĠM fil-ħidma tiegħu biex tissaħħaħ il-professjoni tal-ġurnaliżmu f’Malta. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003