Left arrow Mur Lura

IL-KUNĊERT TAL-PRESIDENT GĦAS-SENA L-ĠDIDA FIĊ-ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI

pr2370
Date Icon 20/12/2010
L-Uffċċju tal-President,b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura flimkien mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed jorganizza l-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida li se jsir nhar il-Ħadd 9 ta’ Jannar 2011, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta.
Waras-suċċess tal-Kunċert tas-Sena l-Ġdida li sar is-sena l-oħra fl-istess post, il-Presidenza wriet ix-xewqa li dan il-kunċert, li ħa post il-Kunċert tal-Epifanija li kien isir fil-Palazz il-Belt fejn il-post tal-udjenza kien wieħed limitat, jerġa’ jsir.
Il-Kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida qedjittella’ mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-Direzzjoni tal-Maestro Michael Laus. Dan se jkun kunċert uniku b’repertorju mill-isbaħ u li jawgura tajjeb għas-sena l-ġdida.  Se jinkludi wkoll siltiet ta’ żfin minn studenti ta’  Johane Casabene Dance Conservatoire, kif ukoll miż-żeffiena tal-Wheelchair Dancing, studenti ta’ Pippa Roberts.
Min jixtieq jattendi għal dan il-kunċert jista’jakkwista l-biljett bi prezz ta’ €5, li l-qliegħ mill-bejgħ imur għall-Malta Community Chest Fund. Il-biljetti jinxtraw mill-Uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund fil-Palazz il-Belt (mid-9.00 san-12.30pm) u fil-Palazz ta’ Sant’Anton (mid-9.00 sal-5.00pm) mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Il-biljetti jistgħu ukoll jinxtraw miċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10.00am sas-1.00pm, u mill-5.00pm sas 7.00pm. Fl-24 ta’ Diċembru jkunu magħluqin. Is-Sibt jiftħu mill-10.00am sas-1.00pm. Min imur l-ewwel jinqeda l-ewwel.
Għalaktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numri 21231350 jew 21226226.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow