Left arrow Mur Lura

SEJĦA GĦAL-PROPOSTI TA’ PROĠETTI U ESPRESSJONI TA’ INTERESS TAĦT IL-PROGRAMM ESPON 2013

pr2369
Date Icon 20/12/2010
Id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjonital-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jixtieq jinforma lill-partijiet kollha interessati dwar it-tnedija tas-Sejħa li jmiss għall-Proposti u l-Espressjoni ta' Interess fl-ambitu tal-Programm ESPON 2013.
Il-Programm ESPON 2013 huwa kofinanzjat mill-FondEwropew għall-Iżvilupp Reġjonali (75%), l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-pajjiżi msieħba li huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja, u l-Isvizzera. L-għan ta’ dan il-programm hu li jkun ta’ sostenn għall-iżvilupp tal-politika f’dak li għandu x’jaqsam mal-koeżjoni territorjali u l-iżvilupp armonjuż tat-territorju Ewropew. ESPON jgħin l-Iżvilupp tal-Politika ta’ Koeżjoni b’informazzjoni, evidenza, analiżi u xenarji komparabbli mill-Ewropa kollha dwar qafas ta’ kundizzjonijiet għall-iżvilupp tar-reġjuni, bliet u territorji akbar.  Il-programm jiffaċilita l-mobilizzazzjoni ta’ kapital territorjali u opportunitajiet ta’ żvilupp u b’hekk ukoll jikkontribwixxi biex itejjeb il-kompetittivita’ Ewropea, għat-tkabbir u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea u għal żvilupp bilanċjat u sostenibbli.
Xjentisti, esperti,rappreżentanti tal-universitajiet, istituti ta' riċerka, u kumpaniji mill-31 pajjiż Ewropew parteċipant huma mistiedna biex jieħdu sehem f'dawn il-proġetti l-ġodda tal-ESPON.
Is-sejħa għall-propostitiftaħ fl-24 ta’ Jannar 2011 u d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proposti hija l-21 ta’Marzu 2011.
Is-sejħatinkludi s-segwenti:

1.      Sejħa għal-proposti dwar it-temi fuq ir-Riċerka Applikata (Prijorita’ 1 tal-Programm ESPON 2013). 4 temi, €3,100,000.

Il-Proġettidwar ir-Riċerka Applikata huma definiti tematikament mid-domanda ta' dawk li jfasslu l-politika. Il-Proġetti għandhom isostnu l-iżvilupp tal-politika permezz ta’ informazzjoni komparabbli miġbura u evidenza dwar id-dinamika, l-potenzjali u l-isfidi territorjali minn madwar l-Ewropa kollha li jiffukaw fuq opportunitajiet ta’ żvilupp għar-reġjuni u l-ibliet.
Il-proġetti sejindirizzaw it-temi ta’ Riċerka Applikata li ġejjin:

Sejħiet għall-Proposti fuq ir-Riċerka Applikata taħt il-Prijorita’ 1

Baġit Disponibbli

Reġjuni Ewropej: Kontribuzzjoni potenzjali għall I-istrateġija UE 2020

€400,000

Xenarji Territorjali u Viżjonijiet għall-Ewropa

€1,200,000

Potenzjali Territorjali għal-Ekonomija aktar ekoloġika

€750,000

Governanza Territorjali – L-Aħjar Prattiċi għall-Perspettivi Ġodda

€750,000

2.      Sejħa għal Proposti fil-Pjattaforma Xjentifika tal-ESPON (Prijorita’ 3 tal-Programm ESPON 2013). €598,000.

Il-PjattaformaXjentifika (Prijorità 3 tal-Programm ESPON) tirrappreżenta element ewlieni fil-bażi ta' għarfien li qed jinħoloq mill-ESPON. Il-Proġetti li jitwettqu għandhom jikkontribwixxu b’fatti konkreti u metodoloġiji li se jappoġġjaw l-evidenza ta' kwalità fil-proċessi ta’ żvilupp tal-politika. Barra minn hekk, għandhom jikkontribwixxu għall-bini ta' datasets, indikaturi u għodda Ewropej li jikkostitwixxu bażi għall-komunità xjentifika fil-qasam tax-xjenza territorjali Ewropea.
B’sostenngħall-Pjattaforma Xjentifika tal-attivitajiet tal-ESPON, is-Sejħa għal Proposti tkun miftuħa ghal proġett wieħed b’din it-tema:

- Sistema ta’ Sorveljanza u Rapportaġġ Territorjali tal-UE

Id-dokumentazzjoni kollha relatata mas-sejħiet, flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet tal-proġetti, il-proċedura għall-applikazzjoni, ir-regoli tal-eliġibilita’, il-kriterji tal-evalwazzjoni u l-materjal li għandu jiġi sottomess, se jkunu disponibbli fuq s-sit elettroniku tal-ESPON (www.espon.eu) mill-24 ta’ Jannar 2011.

Benefiċjarji potenzjali għal din is-sejħa huma entitajiet pubbliċi u privati.

Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet tista’ tinkiseb mis-siti elettronici  li ġejjin: <www.espon.eu/main/Menu_Calls/Menu_Calls/Menu_Pre-Announcement/PreAnnouncementCallJan11.html>; < www.ppcd.gov.mt>, jew billi wieħed jikkuntattja lid-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fuq info.ppcd@gov.mt.

B’konnessjoni mas-sejħagħall-applikazzjonijiet, il-Programm ESPON 2013 qed jorganizza Jum ta’ Informazzjoni u Partner Cafe’  fil-10 ta' Frar 2011 fi Brussell.
Hemm żewġ skopijiet għal Jum ta’ Informazzjoniu l-Partner Cafe’:

1.      Biex jgħinu t-tnedija tas-sejħiet billi jipprovdu informazzjoni dwar l-oqsma ta’ riċerka u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi l-opportunitajiet ta’ finanzjament ġdid;

2.      Biex jippromwovu l-possibilitajiet tan-networking bejn l-imsieħba potenzjali tal-proġetti u biex jispiraw proġetti ġodda fuq it-tema prinċipali proposta għall-avveniment.

L-avveniment huwa miftuħ għall-benefiċjarji potenzjali kollha interessati li jsiru jafu aktar dwar l-opportunitajiet biex wieħed jieħu sehem fl-attivitajiet tal-proġetti ESPON.

Ir-reġistrazzjoni online  għall-Jum tal-Informazzjoni u l-Partner Cafe’ hija miftuħa fuq is-sit elettroniku tal-ESPON: (http://www.espon.eu/main/Menu_Events/Menu_InfoDays/infoday110210.html).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow