Il-Presepju maghmul mill-Istudenti tal-Kullegg San Injazju Skola Sekondarja, Tal-Handaq, Qormi
Mijiet ta familji, tfal u turisti zaru l-presepju fil-Berga ta' Kastilja fl-ewwel gimgha li ilu ghall- wiri. Il-Presepju maghmul minn affarijiet riciklati sar mill-Istudenti tal-Kullegg San Injazju, Skola Sekondarja Subien, Tal-Handaq, Qormi.
Il-presepju ta’ dis-sena huwa forma ta’ walk through li tibda mill-entratura tal-Berga ta’ Kastilja. Minbarra l-Presepju hemm ukoll kamra li fiha, b’mod awdjo viziv, it-tfal qed jirrakontaw xi jfisser il-Milied ghalihom. Il-filmati f’din il-kamra ngibdu, u gew editjati mit-tfal tal-istess skola.
.
Matul din l-ahhar gimgha, il-presepju qed jigu jzuruh diversi familji, turisti u kif ukoll gruppi tat-tfal minn skejjel differenti.
Kull min jigi jzur dan il-presepju qed jinghata pubblikazzjoni b’informazzjoni dwar ix-xoghol li sar mill-istudenti fuq dan il-presepju kreattiv. Ir-ritratti li hemm f’din il-pubblikazzjoni ittiehdu wkoll mit-tfal tal-Iskola tal-Handaq.
Il-Presepju jinsab miftuh ghall-pubbliku sas-7 ta’ Jannar 2010 f’dawn il-hinijiet :
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa : mill-5.00pm sat-8.00pm
Is-Sibt u l-Ħadd : mid-9.00am sas-1.00pm u mill-4.00pm sat-8.00pm
Il-Ħadd 19 ta’ Diċembru 2010 mid-9.00am sas-1.00pm
Is-Sibt 25 ta’ Diċembru 2010 mid-9.00am sa 12.00pm
Is-Sibt 1 ta’ Jannar 2010 mill-10.00am sa 12.00pm
Il-Presepju mhux ser ikun miftuħ għall-pubbliku fl-20 u 22 ta’ Diċembru.
Min irid kopja tal-pubblikazzjoni jista’ jibgħat e mail fuq communications.opm@gov.mt bl-isem u l-indirizz u jirċievi kopja bil-posta.
Flimkien ma din l- email qed tintbaghat verzjoni elettonika tal-pubblikazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003