Jitlesta r-rapport mill-esperti indipendenti mqabbda mill-gvern biex janalizzaw il-process ta’ applikazzjonijiet ghall-gbid ta’ films f’zoni sensittivi
pr2367
18/12/2010
| Is-Segretarjat | Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura llum irċieva r-rapport imħejji mill-Professur Kevin Aquilina u Dott. Simone Borġ, dwar il-proċess li tadotta l-MEPA biex tikkunsidra applikazzjonijiet għal ġbid ta’ films f’zoni sensittivi. |
| Il-Gvern | inkariga lil dawn iż-żewġ esperti biex fid-dawl tal-inċident li seħħ fid-Dwejra, jeżaminaw il-proċess li qed jintuża mill-MEPA. Huma ntalbu wkoll jipproponu tibdil sabiex dan il-proċess jissaħħaħ fl-interess tal-ħarsien tal-wirt storiku u naturali ta’ pajjiżna. |
| Il-Gvern | ser janalizza dan ir-rapport. Huwa maħsub li dan ir-rapport jigi ppubblikat fil-ġranet li ġejjin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003