Left arrow Mur Lura

Inawgurat il-Milied tas-Sliem f’Tas-Sliema

pr2366
Date Icon 18/12/2010
Iċ-ċentrukummerċjali f’Tas-Sliema, fi tmiem il-ġimgħa, qed ikun iċ-ċentru ta’ attivita’ tal-Milied organizzata mill-Kunsill Lokali bit-titlu ‘Milied tas-Sliem’. L-attivita’ hi waħda min-numru kbir ta’ attivitajiet organizzati mill-Kunsill Lokali f’dan il-perjodu tas-sena bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali.
Is-Segretarju Parlamentari responsabblimill-Kunsilli Lokali Chris Said żar l-ewwel serata tal-attivita’ fejn intlaqa’ mis-Sindku ta’ Tas-Sliema Joanna Gonzi u mill-kunsillieri sħabha.
L-attivitajiet huma ffukati bejn Triq it-Torri,Pjazzi Sant’Anna, Triq Bisazza u Tigne’ Point. L-għan tal-Kunsill Lokali hu li jgħaqqad lir-residenti Slimiżi mal-komunita’ kummerċjali fil-lokal biex iżidu l-ispirtu tal-Milied f’Tas-Sliema.
Attrazzjoni ewlenija se tkun il-Big Friends GuggenMusik. Numru ta’ baned Maltin, fosthom l-erba’ baned tal-lokalita, is-Soċjeta Filarmonika Banda Sliema, is-Soċjeta Filarmonika Stella Maris, is-Soċjeta Mużikali San Girgor u s-Soċjeta Muzikali Tal-Karmnu, se jkunu qed idoqqu marċi u għanjiet tradizzjonali tal-Milied, kemm fit-toroq, kif ukoll billi jagħtu sehem fuq l-istage li ntrama’ apposta fi Pjazza Sant’Anna. Għadd ta’ NGO’s se jieħdu sehem f’suq tal-Milied li fih se jbiegħu ikel u affarijiet oħra tradizzjonali. Anki l-Malta Community Chest Fund se tkun involuta.
Attivitajiet oħra jinkludu logħob għat-tfal, mimaimtella’ minn Maranatha, ice skating rink u kunċert bis-sehem ta’ numru ta’ kantanti stabbiliti.

L-attivitajiet jiġu fi tmiemhom il-Ħadd filgħaxija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow