Riżultati pożittivi ħafna għas-settur turistiku
pr2365
17/12/2010
| Fl-ewwel | għaxar xhur ta’ din is-sena żaru pajjiżna 1,199,745 turist li qattgħu aktar minn 10 miljun lejl f’Malta u nefqu aktar minn biljun ewro (€1,034,000,000). Dan hu l-ikbar numru ta’ turisti li qatt żaru Malta għall-ewwel għaxar xhur tas-sena. Hi ukoll l-ikbar nefqa qatt reġistrata mit-turisti għall-istess perijodu. Dawn ir-riżultati, ma ġewx b’kumbinazzjoni imma huma riżultat ta’ deċiżjonijiet għaqlija fost l-oħrajn biż-żieda ta’ titjiriet minn u lejn destinazzjonijiet ġodda u b’investiment fil-prodott turistiku lokali. Id-deċiżjonijiet tal-Gvern fil-qasam turistiku huma ggwidati wkoll mit-twemin li l-profitibilita’ tal-operaturi turistiċi tiddependi miż-żieda fin-numru ta’ turisti li jżuru pajjiżna. |
| L-MHRA | tennew fi stqarrija maħruġa minnhom li l-industrja tat-turiżmu kienet inkorraġita mir-riżultati qawwija tas-sajf li għadda u temmen li dawn ir-riżultati kienu ta’ sodissfazzjon kbir għal dawk kollha li ħadmu biex ikun hemm iż-żieda fis-seats f’rotot li ma kienux servuti biżżejjed mil-linji tal-ajru. |
| Il-UNTWO World Tourism Barometer | irraporta riżultati eċċellenti fis-settur turistiku Malti minkejja ewro f’saħħtu, id-dipendenza qawwija ta’ Malta fuq it-trasport bl-ajru u s-suq Ingliż. Ir-rapport jinnota li sa Settembru n-numru ta’ turisti żdiedu bi 13 fil-mija. Iktar sinifikattiv hu li d-dħul tela’ bi 15 fil-mija, li juri li l-fatt li Malta rpiljat din is-sena ma jistax jiġi attribwit għal tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet, kif ġara f’xi destinazzjonijiet oħra. |
| It-turiżmu rkupra primarjament minħabba l-isforzi | konsistenti tas-settur pubbliku u privat li ħadmu flimkien u b’mod proattiv biex jiddiversifikaw is-swieq u l-prodotti u biex jinvestu fil-marketing u fil-promozzjoni tal-gżejjer Maltin b’mod iktar effettiv. |
| Il-European | Toursim 2010, rapport maħruġ mill-European Travel Commission (ETC), f’Ottubru li għadda, juri b’mod ċar, s-suċċess ta’ Malta fl-industrja turistika. Malta hija l-pajjiz bit-tieni l-akbar tkabbir perċentwali fin-numru ta’ turisti minn fost il-pajjiżi kollha Ewropej. Malta kienet ukoll fit-tieni post fiż-żieda perċentwali fin-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu fil-pajjiż. Mir-rapport joħroġ ukoll li minn stħarriġ imwettaq mill-kumpannija ta’ benchmarking internazzjionali l-STR Global, matul l-2010, il-lukandi Maltin irreġistraw it-tieni l-aktar żieda b’saħħitha fl-Average Daily Rate imħallsa fuq l-kmamar meta mqabbla mas-sena 2009, minn fost l-pajjiżi Ewropej kollha. Konna fl-ewwel post, f’żieda perċentwali fin-numru ta’ turisti Taljani fuq is-sena l-oħra. |
| Dawn | ir-riżultati – li huma wkoll l-aqwa fost il-pajjiżi kompetituri tagħna fil-Mediterran – stajna niksbuhom għaliex fil-ħidma tiegħu favur l-industrja tat-turiżmu, il-Gvern ikkonsulta dejjem mal-istakeholders kollha. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003