Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, L-ONOR. JOE CASSAR JATTENDI GĦALL-INIZJATTIVA HEALTHY LIVING KIDS

pr2364
Date Icon 17/12/2010
Il-Ministru tas-Saħħa,l-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor. Joe Cassar, l-Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, l-Onor. Stephen Spiteri u l-Kummissarju tat-tfal, Helen D’Amato kellmu lit-tfal tas-sitt sena tal-iskola primarja ta’ Santa Venera fuq l-importanza ta’ stil ta’ ħajja b’saħħtu minn eta’ żgħira.
Il-Messaġġtal-Ministru Cassar:
Hemm ħaġa waħda lililna tgħaqqadna kollha flimkien, bl-istess għan aħħari. Dan huwa l-ġid u s-saħħa ta’ wliedna. Huwa għalhekk li llum, bħalma ġara f’okkażjonijiet oħra, l-Onor. Spiteri qed jirrappreżenta lill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja f’attività organiżżata mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa. Preżenti wkoll magħna llum il-Kummissarju tat-tfal, is-Sinjura Helen D’Amato.
Illum se nitkellmufuq problema serja li qed taħkem lill-uliedna – il-ħxuna. Sfortunatament, bosta studji kemm lokali kif ukoll internazzjonali wrew li maż-żmien numru akbar ta’ tfal Maltin qed iżidu fil-piż. Il-Health Behaviour Schoolage Children Survey, li sar fl-2006, wera li ħmistax (15) fil-mija tat-tfal ta’ madwar tlettax-il sena huma kkunsidrati obeżi. Statistika oħra mill-International Obesity Task Force (IOTF) turi li aktar minn ħamsa u tletin (35) fil-mija tat-tfal Maltin bejn 7 u 11-il sena għandhom piż żejjed jew huma obeżi. Filwaqt li l-European Children Obesity Survey (ECOSI) li sar fl-2008 fuq tfal ta’ bejn 6 u 7 snin wera li tnejn u tletin (32) fil-mija tas-subien u bniet għandhom piż żejjed jew huma obeżi.
Dawn il-figuri humainkwetanti. Bħalissa qeda tiġi mfassla l-istrateġija nazzjonali tal-obeżità. Kollha kemm aħna nafu li l-ħxuna fit-tfal tista’ twassal għall-problemi. L-obeżità, anke fit-tfal, twassal għal pressjoni għolja u kolesterol għoli fid-demm; dijabete tat-tip 2; ażma, problemi fin-nifs waqt l-irqad u diskriminazzjoni soċjali fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Hu magħruf ukoll li tfal bil-piż żejjed għandhom riskju ikbar fejn jidħlu problemi ta’ saħħa marbuta mal-piż żejjed matul il-ħajja adulta tagħhom.
Għaldaqstant huwaimportanti ħafna li minn eta’ żgħira, t-tfal ikunu megħjuna jaddottaw stil ta’ ħajja b’saħħtu. Ħajjitna hija kollha magħmula minn għażliet. Lill-uliedna rridu nippreparawlhom ikliet u snacks nutrittivi u mhux l-aqwa li jieklu xi ħaġa. Iridu jnaqqsu l-ħin iddedikat f’attivitajiet sedentarji u jinvolvu ruħhom aktar f’attivitajiet fiżiċi li xorta jagħtuhom gost.
Matul iż-żmien sarubosta sforzi mill-oqsma tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa f’dan ir-rigward. Fost dawn insemmu l-inizjattivi li saru u li għadhom isiru sal-llum minn żmien għal żmien fl-iskejjel fuq l-inizzjattiva tal-iskola individwali; kif ukoll il-‘HELP Policy’ – dokument li daħal fis-seħħ f’Jannar 2007 mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni sabiex it-tfal fl-iskejjel ikunu offruti ikel bnin fit-tuckshops tal-iskola u fejn ingħataw linji ta’ gwida għal ġenituri u l-għalliema dwar l-ikel ġewwa l-iskejjel. Hu magħruf li l-iskejjel kollha tal-Istat kif ukoll bosta skejjel mhux tal-Istat qegħdin iħabirku sabiex jimplimentaw dan id-dokument fl-iskola rispettiva tagħhom.
Sforz ieħor li ġiefis-seħħ is-sena skolastika li għaddiet, kienet l-iskema tal-frott u tal-ħaxix fl-iskejjel (School Fruit Scheme) fejn kien involut il-Ministeru tal-Agrikoltura, bl-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea. Din l-iskema qegħda titkompla għal din it-tieni sena skolastika konsekuttiva. Kif qegħdin naraw l-iskejjel joffru opportunitajiet sabiex jippromwovu konsum ta’ ikliet li jipproteġu s-saħħa fit-tfal. L-Iskejjel jistgħu wkoll joffru aċċess fejn kemm il-ġenituri kif ukoll il-komunità tista’ tingħaqad sabiex jaddottaw modi tajbin ta’ kif jittieklu ikliet li jipproteġu s-saħħa.
Illum bi pjaċiriltqajna sabiex bl-għajnuna tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ngħinu lilkom ġenituri sabiex tikkontrollaw il-piż tat-tfal tagħkhom. Nittama li din l-għajnuna tkun il-bidu ta’ aktar ħidma fil-futur sabiex il-problema tal-ħxuna titnaqqas b’mod sostanzjali sabiex ikollna ġenerazzjonijiet Maltin aktar b’saħħithom. Fl-istess ħin spejjeż li bħalissa qed jintefqu fit-trattament tal-mard marbuta mal-obeżità jistgħu jiġu ffrankati u wżati band’oħra.
Fuq livell personali,naf kemm huwa diffiċli li tibda tieħu ħsieb ta’ saħħtek u titlef il-piż. Huwa ferm aktar diffiċli li dak il-piż li titlef ma terġax ittellgħu fi żmien qasir. L-Ingliżi jgħidu “You have to be cruel to be kind”. Fejn tidħol is-saħħa ta’ wliedna, din hija verità sagrosanta. Jekk se nitħassru lill-uliedna u ntuhom dak l-ikel li jridu jew għax issa l-bard ma joħorġux jilgħabu barra, mela se nħassru lill-uliedna u se jiddispjaċina bil-kbir.
Stil ta’ ħajja san,għandu jkun l-istil ta’ ħajja tal-familja KOLLHA. Ħbieb, l-eżempju jkaxkar, u jekk uliedna jaraw lilna nieħdu ħsieb saħħitna, se jitħajjru huma wkoll. Jekk inħobbu lill-uliedna, u m’għandix dubju fuq dan, mela ejjew nibdew mill-lum inrawwmu fihom drawwiet tajbin u mhux vizzji koroħ.
Minn qalbinawguralkom il-festi t-tajba.

Grazzi

L-Onor. Spiteri kellem lit-tfal fuq l-importanza ta’ ikel nutrittiv u eżerċizzju fiżiku, fil-waqt li s-Sinjura D’Amato kellmithom ukoll fuq l-effetti soċjali tal-ħxuna fosthom il-bullying.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow