Left arrow Mur Lura

IMPENN FAVUR IT-TISĦIĦ TAL-FIDUĊJA BEJN IL-KONSUMATURI U N-NEGOZJI

pr2363
Date Icon 17/12/2010
Il-Gvern qed iħeġġeġaktar kumpaniji jilħqu livelli ogħla ta’ kwalita’ fl-immaniġġjar u jiksbu ċertifikazzjoni sabiex juru s-serjeta’ u l-professjonalita’ li biha jħaddmu l-operat tagħhom. B’hekk ikunu qed jilħqu wieħed mill-miri li għalihom se tkun stabbilita l-Awtorita’ Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur – dik li tissaħħaħ il-fiduċja bejn il-konsumatur u n-negozji. L-abbozz ta’ liġi li jwaqqaf din l-Awtorita’ mistenni jitressaq għat-Tieni Qari fil-Parlament f’nofs Jannar li ġej.
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta Chris Said meta ppreżenta ċ-ċertifikazzjoni MSA EN ISO 9001 lill-kumpanija Emmanuel Delicata Winemaker Ltd.
Chris Said qal lil-Malta Enterprise qed tpoġġi fondi għad-dispożizzjoni ta’ dawk il-kumpaniji li jridu jhejji ruħu biex jakkwistaw iċ-ċertifikat ISO 9001. Dan jinħareġ lil dawk il-kumpaniji li jkollhom sistemi ta’ immaniġġjar ta’ kwalita’. Konsumaturi li jixtru servizzi jew prodotti minn kumpaniji li jkollhom ċertifikazzjoni bħal din, ikunu qed iserrħu moħħhom li dawn ikunu professjonali u trasparenti f’ħidmithom.
Bil-kisba tal-ISO9001, Emmanuel Delicata Winemaker Ltd ingħaqdet ma’ aktar minn 400 kumpanija f’Malta u f’Għawdex li għandhom din iċ-ċertifikazzjoni. L-Awtorita’ Maltija għall-Istandards (MSA) bdiet toħroġ din iċ-ċertfikazzjoni madwar sentejn ilu u sa issa diġa tatha lil 35 kumpanija.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li m’huwiex faċli li kumpanija tikseb iċ-ċertifikat ISO 9001, aktar u aktar jekk din tkun topera fil-qasam tal-ikel u x-xorb. Minbarra r-rekwiżiti normali, il-kumpaniji f’dan il-qasam ikunu jinħtieġu li jikkonformaw mal-obbligi regolatorji ta l-iġjene. “Wieħed jista jifhem x’impenn kbir trid tagħmel kumpanija fil-qasam tal-ikel biex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan l-istandard. Huwa għal din ir-raġuni li ma ssibx ħafna kumpaniji fil-qasam tal-ikel li għandhom dan iċ-ċertifikat jew ċertifikat ekwivalenti. Huma ħafna li jgħidu li huma organizzazzjoni ta’ kwalita’ iżda mbagħad jibżgħu li joqogħdu għall-assessjar min organizzazzjoni indipendenti. Mhux hekk għamlet il-kumpanija Emmanuel Delicata Winemaker Ltd” qal Chris Said. Hu dritt ta’ kull kumpanija li minn jeddha titlob li jsirulha l-verifiki neċessarji biex ikun stabbilit jekk tilħaqx dawn il-livelli ta’ kwalita’. Sabiex tinħareġ iċ-ċertifikazzjoni, l-uffiċjali tal-MSA jagħmlu verifiki dwar is-sistemi wżati u dwar il-kompetenza tal-ħaddiema tal-kumpanija. Issir ukoll analiżi ta’ kif jinżammu r-‘records’ u dwar l-imġieba tal-kumpanija lejn il-klienti tagħħa. Dan l-eżerċizzju mhux xi ħaġa ta darba tant li kull sitt xhur, xi drabi anke mingħajr pre-avviż, l-uffiċjali tal-MSA iżuru l-kumpaniji biex jassiguraw li l-istandard ikun qed jitjieb u mhux biss jinżamm. Meta kumpaniji jinstabu li ma jkunux qed iżommu l-istandard, jistgħu jispiċċaw biex jitilfu ċ-ċertifikat.
Is-SegretarjuParlamentari Chris Said qal li din iċ-ċertifikazzjoni issaħħaħ ir-reputazzjoni tal kumpanija mal-konsumatur. Li kumpanija jkollha ċ-ċertifikazzjoni ISO 9001 jagħmilha aktar attraenti għax iċ-ċertifikat minnu nnifsu jfisser garanzija ta’ kwalita’ mhux biss fis-servizz pprovdut iżda wkoll fil-mod kif topera l-kumpanija.
L-Awtorita’ Maltijagħall-Istandards hija l-unika organizzazzjoni Maltija li hi akkreditata biex toħroġ l-ISO 9001. L-interess f’ċertifikazzjonijiet bħal dawn qiegħed dejjem jikber għax ħafna kumpaniji qed jindunaw kemm huwa importanti għalihom li jistabilixxu sistemi ta’ kontroll ta’ kwalita’. Hu stmat li madwar id-dinja hemm aktar minn miljun kumpanija jew organizzazzjoni li għandhom l-ISO 9001.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow