STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr2362
17/12/2010
| B’reazzjoni | għall-istqarrija tal-Onor Leo Brincat |
| Il-Ministeru jinnota | b’dispjaċir li għal kull inizjattiva pożittiva u ta’ ġid li jagħmel il-Gvern, l-Onor Brincat ikun pront biex jiżra d-dubbji u jipprova jfixkel. Il-logħba tal-Oppożizzjoni li tilgħab għall-gallarija u tipprova tiżra d-dubbji fuq kollox hija rutina repettiva li dara kulħadd. |
| B’reazzjoni | għall-istqarrija maħruġa mill-Onor Leo Brincat, il-Ministeru jiċċara li fl-ebda ħin ma ngħatat l-impressjoni li l-esperti Portuġiżi kienu se jfasslu xi rapport għall-pajjiżna. L-esperjenza tal-Portugiżi flimkien mal-kumitat tekniku li twaqqaf biex ifassal strateġija għall-Gvern waslet biex sar memorandum of understanding biex ikun hemm aktar kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi sabiex f’pajjiżna wkoll bħal fil-Portugall tibda tiġi implimentata l-infrastruttura neċċesarja biex ikunu utilizzati aktar karozzi elettriċi. Il-Portugall għandu sistema mill-aktar avvanzata u pruvata li taħdem, fit-tħaddim ta’ strutturi neċessarji għall-użu ta’ karozzi elettriċi fost il-pajjiżi Ewropej. |
| Wieħed kien | jippretendi li l-Onor Brincat jifhem il-loġika li issa li l-Kumitat wasal biex itemm il-ħidma tiegħu u jippreżenta l-abbozz ta’ strateġija li hu ħejja lill-Gvern, kien jeħtieġ li jkun hemm dan il-ftehim ħalli ġaladarba tkun iffinaliżata l-istrateġija, din tkun mibnija fuq bażi soda, tant li l-Gvern ikun jista’ jatwa fl-aqsar żmien possibbli biex pajjiżna jkun ukoll minn ta’ quddiem f’dan il-qasam. Kif suppost jaf l-Onor Brincat ħafna manifatturi kbar tal-karozzi qegħdin jagħmlu investimenti kbar tant, li numru ta’ kumpaniji bħal Renault/Nissan, Vauxhall, Mitsubishi, Chrysler/FIAT diġà ħabbru li fix-xhur li ġejjin se jpoġġu fuq is-swieq internazzjonali numru kbir ta' electric cars ġodda. |
| Irid jingħad ukoll li | l-miżuri konkreti li tħabbru fil-budget għas-sena 2011 b’numru ta’ inċentivi biex il-familji jagħżlu li jinvestu f’aktar karozzi elettriċi, saru biex jikkumplimentaw il-pjan t’azzjoni li l-kumitat qed iħejji biex ma jkunx hemm telf ta’ żmien u pajjiżna jkun ippreparat tajjeb kemm mill-att infrastrutturali kif ukoll nkunu bdejna ninċentivaw lin-nies jinvestu f’din it-tip ta’ teknoloġija. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003