IL-GVERN MHUX SE JIKKONTESTA L-KUMPENS MOGĦTI LILL-FAMILJA TA’ KARIN GRECH
pr2360
17/12/2010
| Il-Gvern iddeċieda li | jħallas il-kumpens ta’ €419,287 li l-Qorti ddeċidiet li għandu jingħata lill-familja Grech fuq il-qtil ta’ Karin Grech. Għaldaqstant il-Gvern se jagħti il-kumpens deċiż mill-Qorti fit-30 ta’ Novembru 2010 b’mod sħiħ. |
| Il-Gvern kien diġa | offra kumpens ex gratia ta €200,000 lill-familja Grech, madanakollu l-kumpens kien ġie rifjutat. L-offerta ta dan il-kumpens kienet stabbilita mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u saret skont kalkoli li fuqhom ingħata kumpens f’każijiet oħra ta’ mewt, inkluż il-qtil ta’ Raymond Caruana. Il-familja Caruana kienet aċċetat il-kumpens offrut. |
| Il-proċess għall-ħlas | stabbilit mill-Qorti beda biex il-każ finanzjarju jingħalaq. |
| Madanakollu l-Gvern | mhux qed jaqbel mal-Qorti li kien hemm diskriminazzjoni u li l-Qorti tista tiddikjara li dan kien każ politiku. |
| Il-familja Grech | talbet għall-kumpens għall-ewwel darba fl-14 ta’ Marzu 2007, kważi 30 sena mill-qtil infami li jistħoqqlu kull kundanna mingħajr ebda riservi, u fetħet kawża fl-4 ta’ Jannar 2008. |
| Il-kumpens ta’ | €200,000 ġie kkalkulat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali skont kriterji li ntużaw għal każijiet oħra ta’ mewt, u għalhekk il-Gvern iqis li bl-ebda mod ma kien hemm diskriminazzjoni fl-ammont. Lanqas ma kien hemm diskriminazzjoni fit-tul ta’ żmien, għaliex biex ġie offrut kumpens lill-familja Grech ittieħed l-istess żmien li ttieħdet għal każijiet oħra minn meta saret it-talba. |
| Il-Gvern mhux jaqbel | mad-dikjarazzjoni li dan il-qtil kien konsegwenza tas-servizzi mogħtija lill-Gvern u li dan kien “mediku politiku”. Ta’ min ifakkar li wara l-bidla fil-Gvern fl-1987, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ta struzzjonijiet lill-Pulizija biex jagħtu prijorità lil numru ta’ każijiet fosthom il-każ ta’ Karin Grech. Sfortunatament, dan il-każ għadu ma ġiex riżolt u allura għadu mhux stabbilit min wettaq id-delitt faħxi u r-raġunijiet għaliex. Għalhekk il-Gvern iqis li l-Qorti waslet għal konklużjoni mingħajr ma hi magħrufa r-raġuni tal-qtil. Huwa stabbilit li l-ewwel il-każ għandu jiġi riżolt qabel ma jiġi dikjarat il-mottiv mill-Qorti. Jidher li f’din is-sentenza dan il-prinċipju nqaleb. |
| F’sentenza li tat | fit-30 ta’ Novembru 1977 fil-kawża Dr Walter Cuschieri et vs Onor Prim Ministru, il-Qorti kienet qalet li t-tilwima tas-snin sebgħin mat-tobba kienet tilwima industrijali u mhux tilwima politika. |
| Għalhekk il-Gvern | iddeċieda li filwaqt li ma jikkontestax l-ammont ta’ kumpens mogħti mill-Qorti, jillimita l-appell fuq dawn iż-żewġ punti għaliex ma jaqbilx li kien hemm diskriminazzjoni meta offra kumpens u minħabba li l-mottiv mhux stabbilit. |
| Fil-każ ta’ Raymond | Caruana, il-familja kienet għamlet talba għal kumpens fil-21 ta’ Marzu 2007. Il-kumpens ta’ €190,000 offrut lill-familja Caruana kien aċċettat mill-familja Caruana. Billi issa l-Qorti stabbiliet kriterji ġodda ta’ kif għandu jiġi kalkulat il-kumpens, il-kumpens lill-familja Caruana se jiġi aġġustat skont l-ammont stabbilit fis-sentenza mogħtija mill-Qorti. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003